MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
8.9.2017
PE611.452v01-00
 
B8-0532/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar li tingħata spinta lir-rata tat-twelid fl-Ewropa


Lorenzo Fontana, Matteo Salvini

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar li tingħata spinta lir-rata tat-twelid fl-Ewropa  
B8-0532/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168(1) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-rata tat-twelid fl-Ewropa turi tnaqqis kostanti u l-prospetti għas-snin li ġejjin ma jidhirx li huma pożittivi;

B.  billi r-rata tat-twelid fl-Istati Membri hija inqas mil-limitu tat-tiġdid tal-popolazzjoni u dan jimplika tnaqqis fil-popolazzjoni attiva, bir-riżultat li jkun hemm żieda fin-nefqa pubblika maħsuba għas-servizzi tal-pensjoni, tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali;

1  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappella lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jinvestu ishma akbar fin-nefqa pubblika fil-politiki li jappoġġjaw ir-rata tat-twelid u l-familja, li jnaqqsu l-ispejjeż tas-servizzi tal-kura tat-tfal, b'tali mod li jinċentivaw lill-familji l-aktar prolifiċi u jippromwovu l-kisba tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati u mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, tfassal politiki bil-għan li jappoġġjaw lit-tfal u lill-koppji żgħażagħ li jgħixu f'pajjiżi b'rata baxxa tat-twelid.

 

Avviż legali