MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 46k
14.9.2017
PE611.453v01-00
 
B8-0533/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għaċ-ċittadini b'diżabilità fl-Ewropa


Mara Bizzotto

B8-01-00 Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għaċ-ċittadini b'diżabilità fl-Ewropa  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li magħha aderixxiet l-UE, l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (2010-2020) u l-leġiżlazzjoni Ewropea kollha fuq is-suġġett;

B.  billi t-80 miljun ċittadin Ewropew b'diżabilità huma fost l-aktar persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali;

C.  billi l-persuni b'diżabilità jirrappreżentaw wieħed minn kull sitta tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol, iżda r-rata ta' impjieg tagħhom għadha baxxa, għaliex ħafna minnhom jiffaċċjaw għadd ta' diffikultajiet biex jintegraw fi ħdan is-suq tax-xogħol Ewropew;

D.  billi l-familji tal-persuni b'diżabilità, li jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom, jixtiequ li jkun hemm aktar appoġġ mill-istituzzjonijiet;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni attiva tal-persuni b'diżabilità fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol Ewropej, biex tiżguralhom aċċess aħjar għall-prodotti u s-servizzi li għandhom bżonn u aktar opportunitajiet ta' impjieg;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-miżuri ta' appoġġ għall-persuni b'diżabilità u għall-familji tagħhom biex tiggarantilhom ħajja dinjituża.

 

Avviż legali