MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 394kWORD 47k
26.9.2017
PE611.462v01-00
 
B8-0537/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-theddid tal-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tal-libertà ta' espressjoni


Sophie Montel, Florian Philippot

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar it-theddid tal-Kummissjoni Ewropea fil-konfront tal-libertà ta' espressjoni  
B8-0537/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi Mariya Gabriel, il-Kummissarju l-ġdid responsabbli mill-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali, ħabbret li biħsiebha toħloq grupp ta' esperti dwar l-aħbarijiet foloz ("fake news");

B.  billi l-għan ta' dan il-grupp se jkun, bħas-soltu, dak li jsib il-mezzi ta' repressjoni fil-konfront ta' dawk li jxerrdu l-aħbarijiet foloz, kemm b'sanzjoni kif ukoll biċ-ċensura.

C.  billi, barra minn hekk, xejn mhu aktar antidemokratiku milli jitħalla f'idejn l-"esperti" jew teknokrati oħrajn mhux eletti tal-Kummissjoni Ewropea l-kompitu li jiddettaw huma dak li huwa veru u dak li huwa falz;

D.  billi finalment il-libertà ta' espressjoni jmissha tkun wieħed mill-valuri l-aktar importanti għas-soċjetajiet demokratiċi tagħna, u billi din tinsab madankollu kostantement taħt attakk mill-gvernijiet u mill-impriżi l-kbar;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni żżomm milli twaqqaf il-grupp ta' esperti dwar l-aħbarijiet foloz;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni toħloq kumitat inkarigat milli jinvestiga l-kritika intensa li għaliha l-gruppi diġitali l-kbar bħal Facebook u Twitter jiddedikaw ruħhom.

 

Avviż legali