MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 405kWORD 48k
12.9.2017
PE614.269v01-00
 
B8-0657/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur ir-reġjuni milquta mill-Uragan Irma


Steeve Briois, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Mireille D'Ornano, Edouard Ferrand, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, France Jamet, Gilles Lebreton, Christelle Lechevalier, Philippe Loiseau, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Bernard Monot, Jean-Luc Schaffhauser, Mylène Troszczynski

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur ir-reġjuni milquta mill-Uragan Irma  
B8-0657/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 661/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Uragan Irma kkawża dannu materjali konsiderevoli, li diġà ġie stmat għal diversi biljuni ta' euro, fi gżejjer li huma ta' Stati Membri tal-Unjoni Ewropea bħal Saint Martin, Saint Barthélemy, Anguilla u l-Gżejjer Verġni Brittaniċi;

B.  billi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jirrappreżenta espressjoni tas-solidarjetà Ewropea billi jipprovdi assistenza finanzjarja lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea li qed jiffaċċjaw diżastri naturali li jikkawżaw dannu dirett li l-ispiża tiegħu tkun ogħla minn 1 % tal-PDG reġjonali fil-każ ta' reġjun ultraperiferiku;

C.  billi l-FSUE jista' jintuża għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' emerġenza bażika u għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-bini mil-ġdid tal-infrastruttura fir-reġjuni milquta minn katastrofi naturali;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea timmobilizza mill-aktar fis possibbli l-FSUE favur ir-reġjuni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea milquta mill-Uragan Irma;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

 

(1)

ĠU L 189, 27.6.2014, p. 143.

 

Avviż legali