MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 46k
30.11.2017
PE614.278v01-00
 
B8-0665/2017

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar spinta lir-rata tat-twelid fl-Ewropa


Lorenzo Fontana

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar spinta lir-rata tat-twelid fl-Ewropa  
B8‑0665/2017

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168(1) tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi skont l-aħħar data aġġornata tal-Eurostat għall-2017, il-medja Ewropea tar-rata tat-twelid hija ta' 10 itfal imwielda għal kull 1 000 abitant;

B.  billi ħafna pajjiżi huma taħt is-soll medju Ewropew għar-rata tat-twelid, bħall-Italja, fejn mill-2008 sal-2016 mhux biss twieldu inqas tfal iżda żżewġu wkoll inqas nies;

C.  billi r-rata tat-twelid fl-Istati Membri hija inqas mis-soll tas-sostituzzjoni tal-popolazzjoni u dan jimplika tnaqqis fil-popolazzjoni attiva, bir-riżultat li jkun hemm żieda fin-nefqa pubblika maħsuba għas-servizzi tal-pensjoni, tas-saħħa u tas-sigurtà soċjali;

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinfetaħ dibattitu dwar il-kwistjoni;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal pjan biex tingħata spinta lir-rata tat-twelid fl-Ewropa;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri biex jinvestu kwoti aktar sostanzjali tan-nefqa pubblika għall-politiki biex jappoġġaw ir-rata tat-twelid u l-familja, speċjalment billi jippromwovu l-kisba tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Avviż legali