MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 391kWORD 46k
10.1.2018
PE614.344v01-00
 
B8-0042/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħolqien ta' kmamar tal-kummerċ komuni fil-pajjiżi terzi firmatarji ta' ftehimiet kummerċjali mal-UE


Salvatore Domenico Pogliese

dwar il-ħolqien ta' kmamar tal-kummerċ komuni fil-pajjiżi terzi firmatarji ta' ftehimiet kummerċjali mal-UE  
B8‑0042/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) identifika l-politika kummerċjali komuni bħala kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

B.  billi l-UE hija l-akbar qawwa kummerċjali fid-dinja, minbarra li hija l-akbar esportatur fid-dinja ta' prodotti manifatturati u ta' servizzi;

C.  billi n-negozju internazzjonali kien wieħed mill-ewwel oqsma li fih l-Istati Membri qablu li jgħaqqdu s-sovranità tagħhom, u billi l-Komunikazzjoni tal-2010 "Kummerċ, Tkabbir u Affarijiet Dinjija" għamlet il-kummerċ internazzjonali wieħed mill-pilastri tal-istrateġija l-ġdida Ewropa 2020, bil-għan li tagħmel lill-UE aktar ekoloġika u aktar kompetittiva;

D.  billi għandu jiġi mfakkar li l-UE ikkonkludiet, jew qed tinnegozja, ftehimiet ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi minn kontinenti differenti;

E.  billi għandu jitqies ir-rwol li jiżvolġu l-kmamar tal-kummerċ bħala promoturi ewlenin tal-internazzjonalizzazzjoni tal-impriżi Ewropej u bħala faċilitaturi ta' relazzjonijiet kummerċjali ma' pajjiżi terzi;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa u tippromwovi l-ħolqien ta' kmamar tal-kummerċ tal-Unjoni Ewropea fil-pajjiżi terzi kollha firmatarji ta' ftehimiet ta' kummerċ ħieles mal-UE.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ġunju 2018Avviż legali