Proċedura : 2017/3032(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0069/2018

Testi mressqa :

B8-0069/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2018)0028

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI
PDF 404kWORD 49k
26.1.2018
PE614.371v01-00
 
B8-0069/2018

imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura


li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati ta' applikazzjoni tagħhom  (C(2017)08681 – 2017/3032(DEA))


Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Membru responsabbli: Werner Langen

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati ta' applikazzjoni tagħhom  (C(2017)08681 – 2017/3032(DEA))  
B8‑0069/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)08681) ("ir-Regolament Delegat emendatorju"),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-24 ta' Jannar 2018 lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(4) u (5), l-Artikolu 30(6) u l-Artikolu 39(5) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ir-Regolament Delegat emendatorju għandu japplika qabel it-23 ta' Frar 2018, id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 ("iż-żewġ Regolamenti Delegati"), u l-użu sħiħ tal-perjodu ta' skrutinju ta' tliet xhur disponibbli lill-Parlament jista' jwassal għal żewġ Regolamenti Delegati li jidħlu fis-seħħ qabel id-data emendata tal-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/97 ("id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni"), jiġifieri l-1 ta' Ottubru 2018, kif propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2016/97 rigward id-data tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' transpożizzjoni tal-Istati Membri (COM(2017)0792);

B.  billi l-pubblikazzjoni rapida tar-Regolament Delegat emendatorju f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tippermetti allinjament tad-dati tal-applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti Delegati mad-data emendata tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni;

C.  billi dan jikkorrispondi għad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2017(2) li ma ssir ebda oġġezzjoni għaż-żewġ Regolamenti Delegati, fejn huwa jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni tistax tiġi estiża għall-1 ta' Ottubru 2018;

1.  Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2017)0404 u P8_TA(2017)0405.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2018Avviż legali