Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0070/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0070/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

29.1.2018 - (2017/2968(RSP))

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni
skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura
Karima Delli
f'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
<<<


Proċedura : 2017/2968(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
B8-0070/2018
Testi mressqa :
B8-0070/2018
Dibattiti :
Testi adottati :

B8-0070/2018

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf

(2017/2968(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2001 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf[1],

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti għandha tipprovdi bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt rigward l-għażliet għal azzjoni futura;

B.  billi għadd kbir ta' studji xjentifiċi, inkluż l-istudju tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew ta' Ottubru 2017 dwar arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, ma nrexxielhom jipprovdu l-ebda evidenza ta' effett pożittiv fir-rigward tal-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena, iżda minflok taw indikazzjoni tal-eżistenza ta' effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, l-agrikoltura u s-sikurezza tat-traffiku fit-toroq;

C.  billi għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena;

D.  billi l-Parlament kien qajjem din il-kwistjoni preċedentement, pereżempju fil-Mistoqsija Orali O-000111/2015 lill-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2015;

E.  billi ta' min jinżamm reġim tal-ħin unifikat tal-UE anke wara li tintemm il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena;

1.  Jitlob lill-Kummissjoni biex ittem il-bidla fil-ħin li ssir darbtejn fis-sena billi tipproponi emenda għad-Direttiva 2000/84/KE;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza