Proċedura : 2017/3020(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0074/2018

Testi mressqa :

B8-0074/2018

Dibattiti :

PV 05/02/2018 - 24
CRE 05/02/2018 - 24

Votazzjonijiet :

PV 07/02/2018 - 7.6
CRE 07/02/2018 - 7.6

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 416kWORD 64k
31.1.2018
PE614.382v01-00
 
B8-0074/2018

imressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (C(2017)8320 – 2017/3020(DEA))


Marie-Christine Vergiat, Cornelia Ernst, Marisa Matias, Merja Kyllönen, Helmut Scholz, Barbara Spinelli, Lola Sánchez Caldentey f'isem il-Grupp GUE/NGL

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (C(2017)8320 – 2017/3020(DEA))  
B8‑0074/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2017)8320),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE(1) (ir-4 Direttiva AML), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 64(5) tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 tal-14 ta' Lulju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi(2), u b'mod partikolari l-Anness tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mat-Tuneżija fil-kuntest reġjonali attwali(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2017 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-24 ta' Novembru 2016 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Marzu 2017 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-24 ta' Marzu 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tat-tħassir tal-Guyana mit-tabella fil-punt I tal-Anness u ż-żieda tal-Etjopja f'dik it-tabella(5),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2017 li kien fiha l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għat-triq 'il quddiem, "Lejn metodoloġija ġdida għall-valutazzjoni min-naħa tal-UE ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir skont id-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi r-regolament delegat, l-anness tiegħu u r-regolamenti delegati emendatorji huma maħsuba biex jidentifikaw pajjiżi terzi b'riskju kbir u b'nuqqasijiet strateġiċi f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CTF), li jirrappreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-UE u li għalihom l-entitajiet tal-UE li għandhom obbligi skont ir-4 Direttiva AML jeħtiġilhom jieħdu miżuri msaħħa ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti;

B.  billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi ilu fis-seħħ mit-23 ta' Settembru 2016;

C.  billi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 se jibqa' fis-seħħ anke jekk dan ir-regolament delegat emendatorju jiġi miċħud;

D.  billi l-Parlament ċaħad żewġ regolamenti delegati emendatorji (C(2016)07495 u C(2017)01951) għar-raġuni li l-proċess tal-Kummissjoni ma kienx awtonomu biżżejjed;

E.  billi l-Parlament japprezza l-isforzi li l-Kummissjoni għamlet bil-għan li tistabbilixxi metodoloġija ġdida li ma sserraħx biss fuq sorsi ta' informazzjoni esterni biex tidentifika ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fl-indirizzar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

F.  billi l-Parlament jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni li l-valutazzjonijiet tagħha rigward il-lista tal-Prijorità 2 jiġu kkompletati sa tmiem l-2025 se tikkawża dewmien eċċessiv fit-tħaddim sħiħ ta' din il-lista; billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta skeda ta' żmien aktar ambizzjuża għaż-żewġ passi fil-pjan direzzjonali tagħha lejn il-metodoloġija l-ġdida, inkluż impenn li tikkompleta l-lista tal-Prijorità 2 tagħha sa tmiem l-2020, u jħeġġiġha talloka biżżejjed riżorsi għal dan il-proċess; billi l-Parlament talab li jinżamm infurmat debitament fl-istadji kollha ta' dan il-proċess, fost l-oħrajn dwar impenji meħuda mill-Kummissjoni, u għadu jistenna li din it-talba tingħata segwitu;

G.  billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-ftehim politiku reċenti dwar l-emendar tar-4 Direttiva AML hija u tiżviluppa l-metodoloġija l-ġdida tagħha;

H.  billi l-ftehim politiku reċenti dwar l-emendar tar-4 Direttiva AML jinsisti li l-Kummissjoni, fit-tfassil tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9(2) ta' dik id-Direttiva, tqis l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet jew ir-rapporti rilevanti mħejjija minn organizzazzjonijiet internazzjonali u minn korpi li jistabbilixxu standards u li għandhom kompetenzi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

I.  billi l-Kummissjoni biħsiebha żżid is-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fil-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir fir-regolament delegat emendatorju, u billi bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq Dikjarazzjonijiet Pubbliċi tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF), dokumenti tal-FATF (Improving Global AML/CFT Compliance: on-going process), fuq rapporti tal-Grupp għar-Rieżami tal-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-FATF, u l-evalwazzjonijiet reċiproċi mwettqa mill-FATF u mill-Korpi Reġjonali mmudellati fuq l-FATF (FSRBs) bi rbit mar-riskji ppreżentati minn pajjiżi terzi individwali f'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-4 Direttiva AML;

J.  billi l-Kummissjoni kkunsidrat b'mod partikolari l-eżitu tal-29 laqgħa plenarja tal-FATF, li fiha s-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija ġew identifikati bħala pajjiżi li jippreżentaw nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim AML/CFT tagħhom;

K.  billi it-Tuneżija fil-laqgħa plenarja tal-FATF fi Buenos Aires esprimiet impenn politiku qawwi li tesegwixxi l-pjan ta' azzjoni ministerjali tat-3 ta' Novembru 2017 mingħajr aktar dewmien; billi, f'laqgħa li saret f'Saint Petersburg fil-11 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet Tuneżini ppreżentaw lill-esperti tal-FATF il-miżuri li kienu ttieħdu għall-implimentazzjoni ta' dan il-pjan ta' azzjoni sa mill-aħħar plenarja tat-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (MENAFATF) ta' Diċembru 2017;

L.  billi t-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq (MENAFATF) adottat riklassifikazzjoni tat-Tuneżija fis-6 ta' Diċembru 2017, li kienet ferm aktar favorevoli u li l-Kummissjoni ma kkunsidrathiex fir-raġunament tagħha biex iżżid it-Tuneżija fl-Anness;

M.  billi t-Tuneżija wriet impenn u rieda politika kbar li twettaq ir-riformi meħtieġa mitluba mill-FATF;

N.  billi t-Tuneżija jeħtiġilha tesprimi impenn u rieda politika daqstant kbar lill-istituzzjonijiet Ewropej li sejra tieħu azzjoni effikaċi biex tinforza r-riformi meħtieġa;

O.  billi t-Tuneżija ilha għal dawn l-aħħar seba' snin f'fażi ta' tranżizzjoni demokratika li ma tista' tiġi mqabbla ma' dik tal-ebda pajjiż ieħor fir-reġjun, u billi għad jetiġilha tittratta għadd konsiderevoli ta' sfidi, kif spiss issottolinjaw l-istituzzjonijiet Ewropej;

1.  Joġġezzjona għar-regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.  Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta att delegat ġdid li jikkunsidra l-kwistjonijiet esposti hawn fuq;

4.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tfassal atti delegati separati fil-ġejjieni, biż-żieda jew it-tneħħija ta' pajjiż wieħed kull darba;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(2)

ĠU L 254, 20.9.2016, p. 1.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0345.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2017)0008.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2017)0213.

Aġġornata l-aħħar: 2 ta' Frar 2018Avviż legali