MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 385kWORD 47k
28.2.2018
PE616.060v01-00
 
B8-0128/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twaqqif ta' monument għall-vittmi tat-terroriżmu Iżlamiku


Dominique Martin

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' monument għall-vittmi tat-terroriżmu Iżlamiku  
B8-0128/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi mill-2001 'l hawn, l-attakki terroristiċi fl-Ewropa ħallew 2 400 persuna mejta;

 

B.  billi bosta familji u ħbieb tal-vittmi kuljum isofru minħabba dan l-att barbaru;

1.  Jitlob lill-President iressaq il-proposta fis-seduta plenarja għat-twaqqif ta' monument għall-vittmi tat-terroriżmu Iżlamiku fi Strasburgu;

 

2.  Jitlob li jiġu rreġistrati l-ismijiet tal-vittmi kif ukoll id-dati u l-postijiet tal-mewt tagħhom sabiex jiġi mfakkar kull wieħed u waħda minnhom.

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2018Avviż legali