MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
25.2.2018
PE616.062v01-00
 
B8-0130/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-benesseri tat-tiġieġ fl-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem Ewropej


Dominique Bilde

Proposta ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-benesseri tat-tiġieġ fl-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem Ewropej  
B8‑0130/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/43/KE u r-Regolament Nru 1099/2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-produzzjoni tat-tiġieġ fl-Unjoni Ewropea laħqet it-18 056 475 tunnellata fl-2016, jiġifieri 80 % tal-produzzjoni tat-tiġieġ, li 1 % tal-azjendi tat-trobbija tal-bhejjem Ewropej għandhom 93,5 % tat-tiġieġ u li din it-trobbija tal-bhejjem tal-massa taffettwa s-saħħa tal-bhejjem, b'mod partikolari minħabba s-selezzjoni ġenetika, l-ispazju disponibbli ristrett, il-kwalità tal-mirfex, id-dawl artifiċjali u l-kundizzjonijiet tal-qatla;

B.  billi dawn il-kundizzjonijiet jaffettwaw ukoll is-saħħa tal-konsumatur minħabba l-eċċess ta' tossini u ta' antibijotiċi li jingħataw minħabba korrimenti frekwenti, filwaqt li r-reżistenza għall-antibijotiċi tista' tikkaġuna 10 miljun mewt kull sena minn issa sal-2050;

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni:

1.  Toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar it-trobbija tat-tiġieġ, b'mod partikolari dwar is-selezzjoni tat-tiġieġ li jikbru bil-mod, il-kwalità tal-mifrex u tal-għalf u l-antibijotiċi, filwaqt li tqis l-aċċessibilità finanzjarja ta' dan il-laħam;

2.  Issaħħaħ kif meħtieġ id-dispożizzjonijiet eżistenti, b'mod partikolari d-Direttiva 2007/43/KE u r-Regolament Nru 1099/2009.

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Marzu 2018Avviż legali