MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 389kWORD 47k
28.2.2018
PE616.063v01-00
 
B8-0131/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar talba biex jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-bijofjuwils


Joëlle Mélin, Philippe Loiseau

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba biex jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-bijofjuwils  
B8-0131/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-parità attwali bejn l-euro u d-dollaru hija ferm negattiva għall-Unjoni Ewropea;

B.  billi t-tassazzjoni ta' ċerti Stati Membri fuq il-fjuwils għall-karozzi laħqet livell li jpoġġi piż fuq il-baġit u fuq il-kapaċità tal-akkwist;

C.  billi s-sewwieqa tal-karozzi, speċjalment dawk fiż-żoni rurali, ma għandhomx għażla oħra ħlief li jużaw il-vettura personali tagħhom fil-ħajja professjonali u fil-ħajja ta' kuljum tagħhom;

1.  Jitlob li jittaffew ir-rakkomandazzjonijiet dwar il-fjuwils alternattivi għall-fjuwils fossili, b'mod partikolari l-bijofjuwils;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Mejju 2018Avviż legali