MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 392kWORD 47k
8.2.2018
PE616.070v01-00
 
B8-0133/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twaqqif ta' "Jum it-Tifkira" biex ikunu kkommemorati l-vittmi tal-massakri tal-foibe


Stefano Maullu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twaqqif ta' "Jum it-Tifkira" biex ikunu kkommemorati l-vittmi tal-massakri tal-foibe  
B8‑0133/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 2 u 19 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE tiżvolġi funzjoni ta' stabbilizzazzjoni fit-trasformazzjoni tal-maġġor parti tal-Ewropa minn kontinent tal-gwerra f'kontinent tal-paċi;

B.  billi l-Unjoni Ewropea wriet impenn favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

C.  billi jfakkar li l-massakri fil-konfront tal-popolazzjoni Taljana tal-Venezja Ġulja u tad-Dalmazja, li twettqu matul it-Tieni Gwerra Dinjija u fiż-żmien immedjatament warajha mill-Kumitati Popolari ta' Liberazzjoni Jugoslavi, ikkawżaw il-mewt ta' aktar minn 10 000 ċittadin Taljan;

1.  Iqis li jkun xieraq li jitwaqqaf f'livell Ewropew "Jum it-Tifkira" biex ikunu kkommemorati l-vittmi tal-massakri tal-foibe;

2.  Iqis li d-data tal-10 ta' Frar tkun stabbilita bħala "Jum it-Tifkira", bil-għan li tinżamm u tiġġedded il-memorja tat-traġedja tat-Taljani u tal-vittmi kollha tal-foibe, u tal-eżodu minn artijiethom tan-nies tal-Istrija, ta' Fiume u tad-Dalmazja fiż-żmien eżattament wara t-Tieni Gwerra Dinjija.

 

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2018Avviż legali