Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0228/2018Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0228/2018

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI għal involviment aktar importanti tal-parlamenti nazzjonali fit-traspożizzjoni tad-Direttivi Ewropej

3.4.2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Joëlle Mélin

B8-0228/2018

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew għal involviment aktar importanti tal-parlamenti nazzjonali fit-traspożizzjoni tad-Direttivi Ewropej

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 288 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi t-traspożizzjoni tad-Direttivi Ewropej hija ta' importanza partikolari fl-ordinament ġuridiku tal-UE;

B.  billi huwa wara li jiġu trasposti d-direttivi li d-deċiżjonijiet meħuda fi Brussell jsiru vinkolanti fuq l-Istati Membri;

C.  billi 14-17 % biss tat-traspożizzjonijiet jitwettqu permezz tal-parlamenti nazzjonali, u l-bqija mill-awtoritajiet eżekuttivi[2];

1.  Jistieden lill-Istati Membri, fil-qafas tas-sistema legali proprja tagħhom, jippromwovu r-rwol tal-parlamenti nazzjonali tagħhom;

2.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-azzjonijiet kollha favur involviment akbar tal-parlamenti nazzjonali fit-traspożizzjoni tad-Direttivi Ewropej;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza