MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 390kWORD 47k
10.4.2018
PE621.604v01-00
 
B8-0230/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tbiċċir mingħajr sturdament


Dominique Bilde, Sylvie Goddyn

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tbiċċir mingħajr sturdament  
B8-0230/2018

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi kull sena fl-Unjoni Ewropea jinqatlu 360 miljun bhima tal-ifrat, nagħaġ, ħnieżer u mogħoż;

B.  billi r-Regolament (KE) Nru 1099/2009, Artikolu 4(4) jipprevedi eżenzjonijiet applikabbli għall-annimali suġġetti għal metodi partikolari ta' qatla meħtieġa minn ċerti riti reliġjużi” u billi t-tbiċċir mingħajr sturdament huwa awtorizzat b'mod partikolari fi Franza soġġett għal awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel;

C.  billi t-tbiċċir mingħajr sturdament jikkawża tbatija kbira lill-annimal, kif ikkonfermat l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel fil-15 ta' Ġunju 2004 u jista' jwassal għal riskju akbar ta' kontaminazzjoni ta' Escherichia coli;

1.  Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw b'mod strett mar-Regolament (KE) Nru 1099/2009 u jsaħħu l-kontrolli tal-biċċeriji, jekk ikun hemm bżonn permezz ta' apparat ta' sorveljanza bil-vidjo;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprojbixxu t-tbiċċir mingħajr sturdament, tal-inqas sa ma jiġu żviluppati tekniki ta' sturdament riversibbli (reversible stunning) affidabbli u aċċessibbli u jimponu tikkettar li jidentifika l-prodotti li joriġinaw minn qtil ritwali.

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2018Avviż legali