MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 393kWORD 48k
4.7.2018
PE621.768v01-00
 
B8-0340/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja fil-bliet


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja fil-bliet  
B8‑0340/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017 bit-titolu "Lejn strateġija ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima – approċċ integrat",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-maġġoranza tan-nies li jgħixu fil-bliet Ewropej hija esposta għal kwalità tal-arja ħażina;

B.  billi l-aħħar stimi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) juru li l-materja partikolata fina għadha qiegħda tikkawża kull sena l-mewt prematura ta' aktar minn 400 000 ruħ fl-Ewropa;

C.  billi huwa inkoraġġanti li ħafna gvernijiet Ewropej, u, speċifikament, il-bliet qegħdin juru sens ta' tmexxija fil-protezzjoni ta' saħħet il-bniedem permezz tat-titjib tal-kwalità tal-arja;

1.  Jenfasizza li l-bliet, f'interdipendenza koordinata mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, jeħtieġu jiżvolġu rwol deċiżiv biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħtu lill-konsumaturi informazzjoni aktar preċiża dwar il-livelli eżatti tat-tniġġis li jikkawżaw il-karozzi ħalli jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati b'mod aħjar dwar l-għażla tal-vetturi li jsuqu;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Lulju 2018Avviż legali