MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 388kWORD 47k
25.7.2018
PE621.776v01-00
 
B8-0348/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ għar-riintegrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għar-riintegrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol  
B8‑0348/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2016 dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi bħalissa hemm 8 miljun persuna li ilhom qiegħda fl-UE, li m'għandhomx impjieg u li qed ifittxu xogħol b'mod attiv għal mill-inqas sena;

B.  billi l-qgħad fit-tul jikkawża diffikultajiet serji ekonomiċi u soċjali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-miżuri ta' appoġġ għall-persuni li ilhom qiegħda biex jerġgħu jsibu impjieg stabbli;

2.  Jappella lill-Kummissjoni tindirizza l-kawżi tal-qgħad permezz ta' politiki tal-impjiegi li jqisu l-ħtiġijiet tal-ħaddiema.

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Settembru 2018Avviż legali