Proċedura : 2018/2752(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0359/2018

Testi mressqa :

B8-0359/2018

Dibattiti :

PV 11/09/2018 - 15
CRE 11/09/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2018 - 6.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 407kWORD 50k
5.9.2018
PE624.067v01-00
 
B8-0359/2018

imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sistemi ta' armi awtonomi (2018/2752(RSP))


Geoffrey Van Orden, Anna Elżbieta Fotyga, Charles Tannock f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sistemi ta' armi awtonomi (2018/2752(RSP))  
B8‑0359/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-istudju tiegħu tat-3 ta' Mejju 2013 intitolat "Human rights implications of the usage of drones and unmanned robots in warfare" ("L-implikazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem mill-użu ta' drones u ta' robots awtonomi fil-gwerer"),

–  wara li kkunsidra d-diversi pożizzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet tiegħu, bħalma hu l-mandat biex jinbdew negozjati adottat fil-plenarja fit-13 ta' Marzu 2018 bil-ħsieb li jiġi adottat regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2016 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni(1), ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2016 dwar il-71 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti(2), u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Frar 2014 dwar l-użu ta' drones armati(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-UE dwar is-Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali (LAWS) magħmula lill-Grupp ta' Esperti Governattivi tal-partijiet fil-Konvenzjoni dwar Ċerti Armi Konvenzjonali f'Ġinevra, waqt il-laqgħat tiegħu tat-13-17 ta' Novembru 2017, tad-9-13 ta' April 2018 u tas-27-31 ta' Awwissu 2018,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-2017 tal-Grupp ta' Esperti Governattivi dwar is-Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali (LAWS),

–  wara li kkunsidra l-kontributi li saru minn stati differenti, inklużi l-Istati Membri tal-UE, qabel il-laqgħat tal-2017 u tal-2018 tal-Grupp ta' Esperti Governattivi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "sistemi ta' armi awtonomi letali" (LAWS) li sar qbil dwarha, u, fi kwalunkwe każ, sistemi bħalma huma dawk awtomatizzati, operati mill-bogħod jew teleoperati mhumiex b'mod ġenerali meqjusa bħala LAWS;

B.  billi s-sistemi ta' armi awtomatizzati ġew użati b'suċċess għal snin sħaħ fi rwol ta' difiża, fejn ipproteġew il-ħajja kemm ta' nies ċivili kif ukoll ta' persunal militari;

C.  billi hemm rapporti mhux ikkonfermati dwar l-użu sperimentali tal-LAWS mill-forzi Russi fil-kunflitt fl-Ukrajna tal-Lvant;

D.  billi l-avvanzi teknoloġiċi fil-ġejjieni, speċjalment fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali, jistgħu jwasslu għall-iżvilupp ta' sistemi ta' armi kompletament awtonomi li jkunu kapaċi joperaw mingħajr l-ebda kontroll jew intervent tal-bniedem;

E.  billi, fil-prinċipju, l-involviment u s-sorveljanza tal-bniedem huma essenzjali għal kwalunkwe proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet li jinvolvi l-użu ta' forza letali kontra l-persuni;

F.  billi d-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem, japplika bis-sħiħ għas-sistemi kollha tal-armi u għall-operaturi tagħhom, u l-konformità mad-dritt internazzjonali hija rekwiżit ewlieni li l-istati għandhom jirrispettaw, b'mod partikolari fejn tidħol il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili;

G.  billi l-LAWS huma s-suġġett ta' deliberazzjoni u analiżi fi ħdan il-Grupp ta' Ġinevra ta' Esperti Governattivi dwar is-Sistemi ta' Armi Awtonomi Letali (LAWS);

1.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżviluppi ġodda li jseħħu fil-LAWS u li jiġi mfittex l-aktar ftehim internazzjonali wiesa' possibbli li jirrestrinġi l-użu tagħhom;

2.  Ifakkar li ħafna sistemi ta' armi awtonomi intużaw b'suċċess fi rwol ta' difiża, fejn salvaw il-ħajja ta' persunal militari u ta' persuni ċivili kemm waqt konflitti armati kif ukoll waqt attakki terroristiċi;

3.  Iwissi li approċċ projbittiv għal-LAWS jista' jwassal għat-telf ta' kapaċità teknoloġika u tal-abilità li titwettaq difiża kontra tali armi jekk jiġu f'idejn ostili;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inklużi dispożizzjonijiet rigward il-kontroll uman sinifikattiv fir-rigward tal-iżviluppi futuri tal-LAWS, u li jsiru rieżamijiet regolari bil-ħsieb li jiġu indirizzati żviluppi teknoloġiċi futuri u potenzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO.

 

(1)

Testi adottati, P8_TA(2017)0494.

(2)

ĠU C 101, 16.3.2018, p. 166.

(3)

ĠU C 285, 29.8.2017, p. 110.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Settembru 2018Avviż legali