Proċedura : 2018/2858(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0487/2018

Testi mressqa :

B8-0487/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0429

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 402kWORD 43k
Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-0484/2018
17.10.2018
PE624.179v01-00
 
B8-0487/2018

imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8‑0410/2018

skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna (2018/2858(RSP))


Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg, Beata Gosiewska f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna (2018/2858(RSP))  
B8‑0487/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015 dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020(1),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi għall-2017,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-13 ta' April 2018 dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/43/KE u l-effetti tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam, kif ukoll l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benessri (COM(2018)0181),

–  wara li kkunsidra l-ftehim dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji milħuq fit-5 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar it-trattament xieraq tal-annimali, l-użu tal-antimikrobiċi u l-impatt ambjentali tat-trobbija industrijali tat-tiġieġ tas-simna (O-000095/2018 - B8-0410/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Direttiva dwar it-tiġieġ tas-simna tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam;

B.  billi fil-5 ta' Ġunju 2018 intlaħaq ftehim dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji;

C.  billi l-UE hija produttur globali ewlieni tat-tiġieġ tas-simna, u s-settur tat-tjur jimpjega aktar minn kwart ta' miljun ruħ u 23 000 azjenda fuq skala kbira tat-tiġieġ tas-simna fl-Ewropa;

D.  billi r-rapport reċenti ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma rnexxielu juri l-ebda titjib sinifikanti rigward it-trattament xieraq tal-annimali, u wera li l-infurzar huwa, fl-aħjar ipoteżi, inkonsistenti fl-Istati Membri;

E.  billi użu żejjed ta' mediċini veterinarji antimikrobiċi, speċjalment bħala promoturi ta' tkabbir u għal metafilassi u profilassi, huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw ir-reżistenza antimikrobika;

F.  billi t-tniġġis mill-biedja industrijali qed jiżdied u jista' jkollu effetti severi fuq l-arja, il-ħamrija u l-ilma;

G.  billi l-infurzar tad-Direttiva tal-2007 la huwa uniformi u lanqas effettiv;

1.  Jilqa' l-ftehim dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji milħuq fit-5 ta' Ġunju 2018; jittama li dan se jwassal għat-tmiem tal-użu ta' mediċini bħala promoturi tat-tkabbir fl-ikel mibjugħ fis-suq Ewropew u li se jirrestrinġi l-użu ta' mediċini għall-metafilassi u l-profilassi għal każijiet strettament meħtieġa; jittama wkoll li dan se jiffaċilita l-innovazzjoni fil-qasam tal-mediċina veterinarja, u b'hekk jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobika;

2.  Jenfasizza li l-antimikrobiċi huma essenzjali għall-mediċina veterinarja u tal-bniedem biex jiġi trattat il-mard batterjali infettiv u żoonotiku;

3.  Jinnota li l-użu mhux xieraq tal-antimikrobiċi jista' jagħmilhom ineffettivi, li konsegwentement ikun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem;

4.  Jenfasizza li t-titjib tat-tekniki tat-trobbija tal-annimali se jwassal għal kwalità ta' ħajja aħjar għat-tjur u jnaqqas il-ħtieġa tal-użu ta' antimikrobiċi; eżempji ta' dan it-titjib huma li jiġu pprovduti dawl naturali, arja nadifa u aktar spazju, u li titnaqqas l-ammonijaka;

5.  Jenfasizza li l-antimikrobiċi la għandhom jintużaw b'mod regolari, u lanqas biex jikkumpensaw għal prattiki ħżiena tat-trobbija tal-annimali, iżda għandhom jintużaw biss għal skopijiet ta' trattament kif preskritt minn kirurgu veterinarju meta jkunu ġew dijanjostikati każijiet speċifiċi ta' mard jew ta' infezzjoni sabiex jiġu evitati problemi ta' benessri;

6.  Jenfasizza li kompetizzjoni inġusta se twassal għal kundizzjonijiet mhux ugwali, peress li dawk li ma jikkonformawx mar-regoli jġiegħlu lil dawk li jirrispettaw ir-regoli joħorġu barra mis-suq minħabba l-prezzijiet għoljin;

7.  Jenfasizza li l-istess regoli għandhom japplikaw għall-prodotti importati;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

 

(1)

ĠU C 366, 27.10.2017, p. 149.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali