Proċedura : 2018/2872(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0490/2018

Testi mressqa :

B8-0490/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.17

Testi adottati :

P8_TA(2018)0416

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 449kWORD 67k
18.10.2018
PE624.185v01-00
 
B8-0490/2018

imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D058360 – 2018/2872(RSP))


Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Membru responsabbli: Bart Staes

Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Arne Gericke, Valentinas Mazuronis, Sirpa Pietikäinen


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D058360 – 2018/2872(RSP))  
B8-0490/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D058360/01),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-11 ta' Settembru 2018, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni(2),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-24 ta' Jannar 2018, u ppubblikata fis-26 ta' Frar 2018(3),

–  wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085) (COD(2017)0035),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati(4),

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, fl-20 ta' Ottubru 2016, Monsanto Europe N.V./S.A., ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 għall-użu fl-ikel u l-għalf;

B.  billi, fl-24 ta' Jannar 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli(5) skont l-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fejn ikkonkludiet li l-applikazzjoni għat-tiġdid ma kienx fiha evidenza għal perikli ġodda, esponiment modifikat jew inċertezzi xjentifiċi li jbiddlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810, adottata mill-EFSA fl-2005(6);

C.  billi l-EFSA, skont l-opinjoni xjentifika tagħha, ma wettqitx tiftix sistematiku għal-letteratura tagħha stess, iżda sempliċement ivvalutat it-tiftix tal-letteratura mwettaq mill-applikant, u fuq din il-bażi kkonkludiet li ma ġiet identifikata l-ebda pubblikazzjoni ġdida li tqajjem tħassib dwar is-sikurezza;

D.  billi l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha bis-suppożizzjoni li s-sekwenza tad-DNA taż-żewġ eventi fil-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON 810 hija identika għas-sekwenza tal-eventi li ġew ivvalutati oriġinarjament; billi l-applikant ma pprovda l-ebda data li tappoġġa dik l-ipoteżi;

E.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 jesprimi proteina li tagħti tolleranza għall-erbiċidi tal-glifosat; billi fl-20 ta' Marzu 2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer - l-aġenzija speċjalizzata dwar il-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa - ikklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bniedem(7);

F.  billi l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 fl-Unjoni għandha twassal għal żieda fil-kultivazzjoni tiegħu x'imkien ieħor, bħal fl-Arġentina, il-Brażil, il-Kanada, il-Kolombja, il-Ġappun, il-Filippini, l-Afrika t'Isfel u l-Urugwaj, u għal żieda korrispondenti fl-użu ta' erbiċidi li fihom il-glifosat;

G.  billi l-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON 810 jesprimi l-proteina Cry1Ab, li hija proteina tat-tip Bt (li hija derivata mill-Bacillus thuringiensis) li tikkonferixxi reżistenza għal ċerti pesti insetti lepidotteri (Ostrinia nubilalis, Sesamia spp.);

H.  billi l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jesprimu t-tossina insettiċida f'kull ċellola tul ħajjithom, anke fil-partijiet li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali; billi l-esperimenti fl-għalf tal-annimali juru li l-pjanti ġenetikament modifikati Bt jista' jkollhom effetti tossiċi(8); billi ntwera li t-tossina Bt fi pjanti ġenetikament modifikati hija differenti ħafna mit-tossina Bt li teżisti b'mod naturali(9);

I.  billi għad hemm tħassib dwar il-possibbiltà ta' evoluzzjoni tar-reżistenza għall-proteina Cry1Ab fil-pesti lepidotteri fil-mira, li tista' twassal għal prattiki mibdula ta' kontroll tal-pesti fil-pajjiżi fejn tiġi kkultivata;

J.  billi, matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur, l-Istati Membri ressqu ħafna kummenti kritiċi; billi dawk il-kummenti jirreferu għal, inter alia: nuqqas ta' informazzjoni fir-rigward ta' linji użati bħalissa; data nieqsa, eż. rigward il-potenzjal għat-trasferiment orizzontali tal-ġeni tal-eventi MON 810 u NK603; reviżjoni nieqsa tal-letteratura; ġenerazzjoni ta' data parzjalment skaduta; u approċċ frammentat għall-monitoraġġ ambjentali, inkluż il-fatt li l-persistenza tal-proteini Cry irrilaxxati fl-ambjent ma ġietx immonitorjata, ma kienet twettqet l-ebda analiżi tal-esponiment tal-ambjent għat-tossina Cry u li l-okkorrenza tat-teosinte bħala qarib selvaġġ tal-qamħirrum fl-Ewropa kienet ġiet injorata(10);

K.  billi minkejja dan it-tħassib, ma kienx meħtieġ pjan ta' monitoraġġ għal wara t-tqegħid fis-suq; billi l-monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq speċifiku għal kull każ ma tqiesx li kien meħtieġ;

L.  billi l-votazzjoni tal-11 ta' Settembru 2018 fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, imsemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, fis-16 ta' Jannar 2018, ma rriżultat fl-ebda opinjoni; billi 13-il Stat Membru vvutaw kontra, filwaqt li 11 biss ivvutaw favur, u erbgħa astjenew;

M.  billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjonijiet tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika(11);

N.  billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari(12) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1829/2003;

2.  Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati sa ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

(1)

ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)

ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)

Opinjoni xjentifika dwar applikazzjoni minn Monsanto (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007) — Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 x MON810 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007). EFSA Journal 2018;16(2):5163: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5163

(4)

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

– Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-eventi (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

– Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73). – Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

– Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

– Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

– Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

– Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

– Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

– Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (OJ C 346, 27.9.2018, p. 122).

– Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 ×Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

– Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

– Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

– Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

– Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

(5)

Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-007). EFSA Journal 2018;16(2):5163: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5163

(6)

Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar applikazzjoni [Referenza EFSA EFSA-GMO-UK-2004-01) għat-tqegħid fis-suq ta' qamħirrum ġenetikament modifikat tolleranti għall-glifosat u reżistenti għall-insetti NK603 × MON 810, għall-użu fl-ikel u l-għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 minn Monsanto. EFSA Journal (2005) 309, 1-22: https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/pdf/10.2903/j.efsa.2005.309

(7)

IARC Monographs Volume 112: evalwazzjoni ta' ħames insettiċidi u erbiċidi bl-organofosfat, l-20 ta' Marzu 2015: http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol112/mono112.pdf

(8)

Ara pereżempju, El-Shamei Z.S., Gab-Alla A.A., Shatta A.A., Moussa E.A., Rayan A.M., Histopathological Changes in Some Organs of Male Rats Fed on Genetically Modified Corn (Ajeeb Y.G.). Journal of American Science, 2012, 8(9), pp. 1117-1123: https://www.researchgate.net/publication/235256452_Histopathological_Changes_in_Some_Organs_of_Male_Rats_Fed_on_Genetically_Modified_Corn_Ajeeb_YG

(9)

Székács A., Darvas B., Comparative aspects of Cry Toxin Usage in Insect Control, fi: Ihavaya I., Palli S.R., Horowitz A.R. (eds), Advanced Technologies for Managing Insect Pests, Dordrecht , Netherlands, Springer, 2012, pp. 195–230: https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-4497-4_10

(10)

Ara r-Reġistru tal-EFSA tal-Mistoqsijiet, Anness G għall-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2017-00028 -

disponibbli online fuq: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/ListOfQuestionsNoLogin?1&panel=ALL

(11)

Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(12)

ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(13)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali