MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 47k
17.12.2018
PE631.616v01-00
 
B8-0593/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz


Nicola Caputo

Proposta ta' riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-pjan ta' azzjoni l-ġdid għall-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz  
B8‑0593/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fil-5 ta' Diċembru 2018, ġie ppreżentat il-"pjan ta' azzjoni" biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u t-tixrid ta' aħbarijiet foloz online fl-Ewropa, fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Mejju li ġej;

B.  billi hemm tħassib li xi pajjiżi terzi jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej, kif ġara fil-każ tal-elezzjonijiet presidenzjali fl-Istati Uniti tal-2016, fil-każ tar-referendum dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-elezzjonijiet Franċiżi fl-2017, u aktar reċenti, f'għadd ta' elezzjonijiet oħra importanti fl-Ewropa;

1.  Jilqa' bi pjaċir dan il-"pjan ta' azzjoni", madankollu, jitlob lill-Kummissjoni żżid il-fondi disponibbli għat-Task Force kontra l-aħbarijiet foloz immexxija mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u toħloq malajr kemm jista' jkun "Sistema ta' twissija bikrija" bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri, b'mod li jiġu ffaċilitati l-kondiviżjoni ta' data u l-valutazzjoni tal-elementi ta' diżinformazzjoni sabiex tipprovdi twissijiet f'waqthom dwar theddid possibbli.

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Jannar 2019Avviż legali