MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 133kWORD 47k
3.1.2019
PE631.617v01-00
 
B8-0594/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-għoti ta' impetu ġdid għall-proċess ta' deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-għoti ta' impetu ġdid għall-proċess ta' deċentralizzazzjoni fl-Istati Membri  
B8‑0594/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-deċentralizzazzjoni għandha rwol essenzjali sabiex is-servizz pubbliku jirreaġixxi aktar għall-ħtiġijiet lokali, tippromwovi eżerċitar responsabbli tas-setgħa u tibni l-fiduċja fl-awtoritajiet pubbliċi;

B.  billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà, stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandu l-għan li jiggarantixxi li s-setgħat jiġu eżerċitati mill-aktar qrib possibbli taċ-ċittadini;

C.  billi l-proċess ta' deċentralizzazzjoni qiegħed jitwaqqaf jew jitreġġa' lura f'xi Stati Membri; billi livell għoli ta' polarizzazzjoni politika f'xi Stati Membri ħoloq ukoll ostakli sostanzjali għal tali riformi;

1.  Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-appoġġ tagħhom għad-deċentralizzazzjoni permezz tal-liġijiet, l-oqsma ta' politika u l-prattiki tagħhom;  

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta' deċentralizzazzjoni, u jressqu qrib xulxin lill-assoċjazzjonijiet ta' awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u liċ-ċittadini;

3.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu l-qafas regolatorju sabiex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u d-distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi bejn il-livelli differenti tal-gvern;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Jannar 2019Avviż legali