MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 138kWORD 45k
4.12.2018
PE631.618v◄►
 
B8-0595/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar li jinħoloq Jum Ewropew tad-Dieta Mediterranja


Aldo Patriciello; Paolo De Castro; Alessandra Mussolini; Massimiliano Salini; Raffaele Fitto; Remo Sernagiotto; Innocenzo Leontini; Elisabetta Gardini; Andrea Cozzolino; Lorenzo Cesa; Alberto Cirio Stefano Maullu; Salvatore Cicu; Luigi Morgano; Andrea Cozzolino; Enrico Gasbarra; Barbara Matera; Giovanni La Via; Lara Comi

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar li jinħoloq Jum Ewropew tad-Dieta Mediterranja  
B8-0595/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-Dieta Mediterranja hija l-mudell alimentari tipiku tal-pajjiżi fejn jitkabbar iż-żebbuġ u hija kkaratterizzata mill-konsum ta' ikel li joriġina mill-pjanti, il-ħut frisk, iż-żejt taż-żebbuġa straverġni bħala sors ewlieni ta' xaħam, u mill-konsum moderat ta' nbid, laħam u prodotti tal-ġobon;

B.  billi d-Dieta Mediterranja hija kkaratterizzata mill-istaġjonalità, il-kwalità tal-prodotti lokali u l-konvivjalità;

C.  billi diversi studji xjentifiċi juru tnaqqis sostanzjali fir-riskju tal-kanċer, tal-mard kardjovaskulari, newrodeġenerattiv u tal-mortalità totali, u dawn il-benefiċċji ġew osservati wkoll f'popolazzjonijiet mhux Mediterranji;

D.  billi minkejja l-benefiċċji tas-saħħa u r-rikonoxximent tal-UNESCO, li fl-2010 inkludiet id-Dieta Mediterranja fil-Lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità, data reċenti tindika abbandun progressiv tagħha, b'mod partikolari fil-pajjiżi tal-Mediterran. Din hija tranżizzjoni nutrizzjonali affettwata mit-tibdiliet soċjoekonomiċi u tikkonċerna l-aktar il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ;

E.  billi, b'riżultat ta' dan, l-adeżjoni ma' Dieta Mediterranja, li oriġinarjament kienet tipika tas-soċjetajiet rurali, issa tidher li hija limitata għal gruppi tal-popolazzjoni f'kundizzjonijiet soċjoekonomiċi aħjar;

1.  Jitlob, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, li jittieħdu l-miżuri adatti biex fl-Ewropa jixtered l-għarfien dwar id-Dieta Mediterranja u l-benefiċċji tagħha għas-saħħa, inkluż bil-ħolqien ta' "Jum Ewropew tad-Dieta Mediterranja".

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2019Avviż legali