MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 134kWORD 47k
20.12.2018
PE631.620v01-00
 
B8-0597/2018

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-ħolqien ta' armata tal-Kosovo


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ħolqien ta' armata tal-Kosovo  
B8-0597/2018

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) tal-10 ta' Ġunju 1999,

–  wara li kkunsidra l-Proposta għas-Soluzzjoni tal-Istatus tal-Kosovo, ippreżentata lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-26 ta' Marzu 2007,

–  wara li kkunsidra l-kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Kosovo, b'mod partikolari l-Kapitolu XI tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fl-14 ta' Diċembru 2018, il-Parlament tal-Kosovo approva l-konverżjoni tal-forza tas-sigurtà attwali tal-Kosovo (l-FSK) f'armata, li mistennija tammonta għal 5 000 raġel (Euractiv, 14/12/2018), filwaqt li evita rieżami kostituzzjonali li jirrikjedi maġġoranza ta' żewġ terzi tad-deputati mhux Albaniżi;

B.  billi l-Proposta għas-Soluzzjoni tal-Istatus imsemmija hawn fuq tillimita l-FSK għal 2 500 membru attiv u 800 membru tar-riżerva;

1.  Jiddispjaċih fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta' appoġġ li saret mill-Ambaxxata tal-Istati Uniti fil-Kosovo fl-14 ta' Diċembru 2018 għall-konverżjoni tal-FSK f'"forza b'mandat ta' difiża territorjali";

2.  Jinsab allarmat bir-riskji li jġib magħhom il-ħolqien ta' armata tal-Kosovo għall-istabbiltà tal-Balkani tal-Punent;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jikkundannaw bil-qawwa l-ħolqien ippjanat ta' armata tal-Kosovo.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Jannar 2019Avviż legali