Proċedura : 2019/2508(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0051/2019

Testi mressqa :

B8-0051/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/01/2019 - 12.2

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 161kWORD 50k
9.1.2019
PE631.644v01-00
 
B8-0051/2019

skont l-Artikolu 118(6), l-ewwel subparagrafu, tar-Regoli ta' Proċedura


dwar talba għal opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim propost fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2019/2508(RSP))


Patrick Le Hyaric, Heidi Hautala, Paloma López Bermejo, Florent Marcellesi, Jytte Guteland, Cecilia Wikström, Keith Taylor, Jakop Dalunde, Bodil Valero, Pascal Durand, Evelyn Regner, Soraya Post, Marita Ulvskog, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Barbara Lochbihler, Jean Lambert, Benedek Jávor, Ana Gomes, Klaus Buchner, Terry Reintke, Bart Staes, Indrek Tarand, Tilly Metz, Yannick Jadot, Eva Joly, Josep-Maria Terricabras, Ernest Urtasun, Thomas Waitz, Michèle Rivasi, Linnéa Engström, Philippe Lamberts, Margrete Auken, Fredrick Federley, Sergio Gaetano Cofferati, Norbert Neuser, Olle Ludvigsson, Aleksander Gabelic, Joachim Schuster, Anna Hedh, Eugen Freund, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Clare Moody, Theresa Griffin, Marina Albiol Guzmán, Xabier Benito Ziluaga, Malin Björk, Matt Carthy, Kostas Chrysogonos, Javier Couso Permuy, Stefan Eck, Luke Ming Flanagan, Eleonora Forenza, Tania González Peñas, Anja Hazekamp, Dennis de Jong, Rina Ronja Kari, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Sabine Lösing, Jiří Maštálka, Marisa Matias, Anne-Marie Mineur, Liadh Ní Riada, Dimitrios Papadimoulis, Sofia Sakorafa, Lola Sánchez Caldentey, Martin Schirdewan, Helmut Scholz, Barbara Spinelli, Neoklis Sylikiotis, Estefanía Torres Martínez, Miguel Urbán Crespo, Ángela Vallina, Marie-Christine Vergiat, Marie-Pierre Vieu, Gabriele Zimmer, Isabelle Thomas, Edouard Martin, Guillaume Balas, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Karima Delli, Michael Cramer, Miroslavs Mitrofanovs, Judith Sargentini, Julia Reda, Monika Vana, José Bové, Jill Evans, Jordi Solé, Ana Miranda, Alyn Smith, Molly Scott Cato, Maria Heubuch, Sven Giegold, Tamás Meszerics, Ivo Vajgl

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għal opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim propost fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (2019/2508(RSP))  
B8-0051/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim propost fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra,

–  wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u b'mod partikolari l-Artikolu 73 tagħha fil-Kapitolu XI dwar it-Territorji mhux Awtonomi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati bejn Stati, u b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 34/37 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Diċembru 2015 (Kawża T-512/12)(1),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tal-21 ta' Diċembru 2016 (Kawża C-104/16P)(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tas-27 ta' Frar 2018 (Kawża C-266/16)(3),

–  wara li kkunsidra l-ordni tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Lulju 2018 (Kawża T-180/14)(4),

–  wara li kkunsidra l-ordni tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2018 (Kawża T-275/18)(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali; billi l-Artikoli 1(2) u 55 tal-Karta tan-NU jinkludu r-rispett tal-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni tal-popli;

B.  billi l-Qorti Ġenerali tal-QĠUE, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016, iddeterminat li l-Ftehim ta' Liberalizzazzjoni UE-Marokk ma kienx joffri bażi ġuridika għall-inklużjoni tas-Saħara tal-Punent, u għalhekk ma setax japplika għal dan it-territorju, peress li s-Saħara tal-Punent ma jagħmilx parti mill-Marokk; billi, għaldaqstant, il-Qorti ddikjarat fil-paragrafu 106 li l-poplu tas-Saħara tal-Punent imissu jitqies bħala parti terza għar-relazzjonijiet tal-UE mal-Marokk, u li biex kwalunkwe arranġament bilaterali bħal dan jaffettwa t-tielet territorju tas-Saħara tal-Punent, jenħtieġ li jinkiseb il-kunsens tan-nies ta' dak it-territorju; billi l-Kummissjoni tqis li l-Qorti ma ddefinietx b'mod preċiż kif tali kunsens għandu jiġi espress;

C.  billi l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) wettqu konsultazzjonijiet f'Rabat u fi Brussell bil-għan li jiżguraw il-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent; billi ma jistax jiġi stabbilit b'ċertezza li l-passi meħuda mill-Kummissjoni jissodisfaw ir-rekwiżit, stabbilit mill-Qorti, tar-rispett tal-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent;

1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza tad-dritt dwar jekk il-Ftehim propost huwiex kompatibbli mat-Trattati u, b'mod partikolari, mas-sentenza tal-QĠUE tal-21 ta' Diċembru 2016 (Kawża C-104/16P);

2.  Jiddeċiedi li jitlob l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà tal-Ftehim propost fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk dwar l-emenda tal-Protokolli Nru 1 u Nru 4 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, mat-Trattati u, b'mod partikolari mas-sentenza tal-QĠUE tal-21 ta' Diċembru 2016 (Kawża C-104/16P).

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li jikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizja u biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

(1)

Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Diċembru 2015, Front Polisario vs il-Kunsill, T-512/12, ECLI:EU:T:2015:953.

(2)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill vs Front Polisario, C-104/16P, ECLI:EU:C:2016:973.

(3)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Western Sahara Campaign UK vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs, C-266/16, ECLI:EU:C:2018:118.

(4)

L-Ordni tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Lulju 2018, Front Polisario vs il-Kunsill, T-180/14, ECLI:EU:T:2018:496.

(5)

L-Ordni tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2018, Front Polisario vs il-Kunsill, T-275/18, ECLI:EU:T:2018:869.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Jannar 2019Avviż legali