Proċedura : 2018/2775(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0071/2019

Testi mressqa :

B8-0071/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 24
CRE 12/02/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.11
CRE 13/02/2019 - 16.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0113

<Date>{16/01/2019}16.1.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0071/2019</NoDocSe>
PDF 156kWORD 53k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8-0001/2019</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi</Titre>

<DocRef>(2018/2775(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute> Dubravka Šuica, Guillaume Balas, Urszula Krupa, Catherine Bearder, Estefanía Torres Martínez, Martin Häusling, Piernicola Pedicini </Depute>

<Commission><OptDel>{ENVI}f'isem il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</OptDel></Commission>

<<<</RepeatBlock-By>


B8-0071/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi

(2018/2775(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi (O-000122/2018 – B8-0001/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-pjanta tal-kannabis hija magħmula minn aktar minn 480 kompost li jinkludu aktar minn 100 kannabinojde magħmula kemm minn komposti psikoattivi kif ukoll minn komposti mhux psikoattivi; billi ħafna mill-komposti li jikkostitwixxu l-pjanta tal-kannabis jinsabu biss fil-kannabis;

B. billi d-D9-tetraidrokannabinol (THC) u l-kannabidjol (CBD) huma l-aqwa kannabinojdi magħrufa identifikati fil-kannabis, bit-THC li jikkostitwixxi l-kostitwent psikoattiv ewlieni tal-kannabis u li jwassal għal dipendenza filwaqt li s-CBD m'għandu l-ebda proprjetajiet intossikanti jew li jwasslu għal dipendenza;

C. billi li l-bosta kannabinojdi oħra li jikkostitwixxu l-pjanta tal-kannabis, bħall-kannabikromene, il-kannabinol, l-aċidu kannabidijoliku, il-kannabiġerol u t-tetraidrokannabivarin, jista' jkollhom effetti newroprotettivi, jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' ċerti sintomi li jaffettwaw lill-pazjenti – bħall-uġigħ kroniku, l-infjammazzjoni u l-infezzjonijiet batteriċi – u jistgħu jistimolaw it-tkabbir tal-għadam;

D. billi l-prodotti derivati mill-kannabis li jintużaw għal finijiet mediċi jissejħu b'mod ġenerali "kannabis għall-użu mediku"; billi f'termini ġuridiċi dan it-terminu ġeneralment għadu bla definizzjoni u jibqa' ambigwu u miftuħ għal interpretazzjonijiet differenti; billi għandha ssir distinzjoni bejn it-terminu "kannabis għall-użu mediku" u l-mediċini abbażi tal-kannabis li jkunu għaddew minn provi kliniċi u li jkunu ġew approvati b'mod regolatorju;

E. billi l-konvenzjonijiet tan-NU u l-liġi internazzjonali ma jipprevenux l-użu mediċinali tal-kannabis jew ta' prodotti bbażati fuq il-kannabis għat-trattament ta' kundizzjonijiet mediċi speċifiċi;

F. billi l-Istati Membri tal-UE jvarjaw ħafna fl-approċċ tagħhom għal-leġiżlazzjoni dwar il-kannabis, inkluża l-leġiżlazzjoni tagħhom dwar il-kannabis għal finijiet mediċi, bħal pereżempju dwar il-livelli massimi ta' konċentrazzjonijiet permessi ta' THC u CBD, li jista' joħloq diffikultajiet għal pajjiżi li japplikaw approċċ aktar prudenti;

G. billi ebda Stat Membru tal-UE ma jawtorizza t-tipjip tal-kannabis għal finijiet mediċi jew jippermetti t-tkabbir fid-djar tal-kannabis għal finijiet mediċi;

H. billi x-xenarju politiku fir-rigward tal-kannabis għall-użu mediku qed jevolvi kemm fl-UE kif ukoll fid-dinja kollha; billi għad hemm nuqqas ta' fehim dwar l-użi differenti tal-kannabis, anke fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li spiss iwassal biex il-leġiżlazzjoni dwar il-kannabis għall-użu rikreattiv tiġi konfuża mal-bżonn li jiġi pprovdut aċċess sikur u legali tal-kannabis għal finijiet mediċi għall-pazjenti kollha fil-bżonn;

I. billi l-użu tal-kannabis b'mod ġenerali jista' jikkawża dipendenza u huwa responsabbli għal problemi soċjali u ta' saħħa sinifikanti; billi, għaldaqstant, għad hemm bżonn ta' prevenzjoni tad-dipendenza u ta' monitoraġġ u kontroll tal-prattiki illegali, speċjalment meta l-kannabis għall-użu mediku se tintuża b'mod aktar wiesa';

J. billi minn Ġunju 2018, ebda mediċina abbażi tal-kannabis ma ġiet awtorizzata permezz tal-proċedura ċentralizzata ta' awtorizzazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini filwaqt li hemm biss prodott wieħed bħal dan li kien għaddej minn din it-tip ta' proċedura;

K. billi mediċina waħda biss abbażi tal-kannabis ġiet awtorizzata permezz tal-proċedura ta' rikonoxximent reċiproku u ngħatat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq fi 17-il Stat Membru tal-UE għat-trattament tal-ispastiċità minħabba l-isklerożi multipla;

L. billi rieżami tal-letteratura xjentifika eżistenti dwar is-suġġett tal-kannabis użat f'kuntest mediku jipprovdi evidenza konklużiva jew sostanzjali li l-kannabis u l-kannabinojdi għandhom effetti terapewtiċi, bħal fit-trattament tal-uġigħ kroniku fl-adulti (eż. f'każijiet tal-mard tal-kanċer), bħala antiemetiċi fit-trattament tan-nawżea u r-remettar minħabba l-kimoterapija jew fit-titjib tas-sintomi ta' spastiċità rrappurtati mill-pazjenti li jbatu bl-isklerożi multipla, u huma effettivi fit-trattament ta' pazjenti li jbatu bl-ansjetà, il-PTSD u d-dipressjoni;

M. billi hemm evidenza li l-kannabis jew il-kannabinojdi jistgħu jkunu effettivi biex iżidu l-aptit u jnaqqsu t-telf tal-piż assoċjat mal-HIV/AIDS, biex itaffu s-sintomi ta' disturbi mentali bħall-psikożi jew is-sindrome ta' Tourette, u biex itaffu s-sintomi tal-epilessija, kif ukoll tal-marda ta' Alzheimer, l-artrite, l-ażma, il-kanċer, il-marda ta' Crohn u l-glawkoma, u jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis tar-riskju tal-obeżità u tad-dijabete u jtaffu l-uġigħ mestrwali;

N. billi d-data uffiċjali dwar ir-riċerka u l-finanzjament tar-riċerka rigward il-kannabis għall-użu mediku għadha skarsa; billi r-riċerka dwar il-kannabis għall-użu mediku ma ngħatat ebda appoġġ dirett matul il-programm ta' riċerka attwali fl-UE u ftit li xejn hemm koordinazzjoni fil-proġetti ta' riċerka dwar il-kannabis għall-użu mediku fl-Istati Membri;

O. billi l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi 2013-2020 irrikonoxxiet li l-omissjoni ta' diskussjoni dwar ix-xejriet reċenti fil-politika dwar il-kannabis ġiet innutata minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u kienet waħda mill-aktar kwistjonijiet frekwenti mqajma meta ġie analizzat jekk kienx hemm kwistjonijiet li ma ġewx koperti mill-Istrateġija;

P. billi m'hemm ebda sistema ta' standardizzazzjoni uniformi għall-immarkar u għat-tikkettar tal-mediċini li fihom it-THC, is-CBD u kannabinojdi oħra li jinsabu fil-pjanta tal-kannabis;

Q. billi ftit li xejn hemm informazzjoni affidabbli disponibbli fl-Istati Membri tal-UE għall-persunal mediku – studenti mediċi, tobba u spiżjara, psikjatri u l-bqija – dwar l-impatt ta' prodotti mediċinali li fihom it-THC u s-CBD, u hemm ukoll nuqqas ta' informazzjoni u twissijiet għaż-żgħażagħ u n-nisa li qed iqisu l-maternità;

R. billi m'hemm ebda regolament intra-UE li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' mediċini abbażi tal-kannabis;

1. Jistieden lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali jaħdmu flimkien biex jipprovdu definizzjoni legali ta' kannabis għall-użu mediku, li jagħmlu distinzjoni ċara bejn il-mediċini bbażati fuq il-kannabis approvati mill-EMA jew minn aġenziji regolatorji oħrajn, il-kannabis għall-użu mediku li ma tkunx sostnuta minn provi kliniċi, u applikazzjonijiet oħra tal-kannabis (eż. rikreattiv jew industrijali);

2. Iqis li r-riċerka dwar il-benefiċċji potenzjali ta' mediċini derivati mill-kannabis u dwar il-kannabis inġenerali ma ġietx iffinanzjata biżżejjed u għandha tiġi indirizzata b'mod xieraq fl-ambitu tad-Disa' Programm Qafas li jmiss u fil-programmi nazzjonali ta' riċerka biex, fost affarijiet oħra, jiġu esplorati l-użi possibbli tat-THC, tas-CBD u ta' kannabinojdi oħra għat-trattament mediku, kif ukoll l-effetti tagħhom fuq il-ġisem tal-bniedem inklużi t-tagħlimiet misluta mill-esperjenza tal-preskrizzjoni mhux skont it-tikketta tal-kannabis;

3. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-ostakli regolatorji, finanzjarji u kulturali li huma ta' piż fuq ir-riċerka xjentifika dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi u fuq ir-riċerka dwar il-kannabis inġenerali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiddefinixxu l-kundizzjonijiet xierqa li jippermettu li titwettaq riċerka kredibbli, indipendenti u xjentifika, ibbażata fuq firxa wiesgħa ta' materjal, dwar l-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi;

4. Jistieden lill-Kummissjoni tiddetermina l-oqsma ta' prijorità għar-riċerka dwar il-kannabis għal finijiet mediċi bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti u abbażi ta' riċerka innovattiva f'pajjiżi oħra, filwaqt li tiffoka fuq dawk l-oqsma li jista' jkollhom l-akbar valur miżjud;

5. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu aktar attivitajiet ta' riċerka u jistimolaw l-innovazzjoni rigward proġetti relatati mal-użu tal-kannabis għal finijiet mediċi;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva biex tiżgura l-ogħla standards għal riċerka indipendenti, l-iżvilupp, l-awtorizzazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, il-farmakoviġilanza u l-evitar tal-abbuż ta' prodotti derivati mill-kannabis; jenfasizza l-ħtieġa li l-prodotti li jkun fihom mediċini abbażi tal-kannabis jiġu standardizzati u unifikati;

7. Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni u koordinament mill-qrib mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) b'rabta mal-passi ulterjuri li se jittieħdu mill-UE fil-qasam tal-kannabis għall-użu mediku;

8. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi netwerk li jġib flimkien kemm lill-EMA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, u lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, il-professjonisti tal-kura tas-saħħa u l-NGOs flimkien ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija għall-mediċini abbażi tal-kannabis;

9. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-professjonisti mediċi b'taħriġ mediku xieraq u jinkoraġġixxu għarfien akbar dwar il-kannabis għall-użu mediku abbażi ta' riċerka indipendenti u wiesgħa; jistieden ukoll lill-Istati Membri jippermettu lit-tobba jeżerċitaw liberament il-ġudizzju professjonali tagħhom biex jippreskrivu mediċini abbażi tal-kannabis approvati mill-awtoritajiet regolatorji lill-pazjenti b'kundizzjonijiet rilevanti, u jippermettu lill-ispiżjara jonoraw legalment dawk ir-riċetti; jenfasizza l-ħtieġa ta' taħriġ u aċċess għal-letteratura għall-persunal mediku kollu – bħall-istudenti tal-mediċina, it-tobba u l-ispiżjara – dwar ir-riżultati ta' riċerka xjentifika indipendenti;

10. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jittejjeb l-aċċess ugwali għal mediċini abbażi tal-kannabis u jkun żgurat li, meta jkun permess, dawk il-mediċini li huma effettivi fit-trattament ta' kundizzjonijiet speċifiċi jiġu koperti minn skemi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, kif inhu l-każ għal mediċini oħra; jitlob lill-Istati Membri jipprovdu għażla sikura u ugwali għall-pazjenti bejn tipi differenti ta' mediċina abbażi tal-kannabis, filwaqt li jiżguraw li l-pazjenti jkunu akkumpanjati minn professjonisti mediċi speċjalizzati matul it-trattament tagħhom;

11. Jenfasizza li biex ikun żgurat li l-pazjenti jkollhom aċċess għat-terapija t-tajba, li tkun speċifika għall-każ u li tittratta l-bżonnijiet individwali tagħhom bħala pazjenti b'disturbi singoli jew multipli, huwa essenzjali li l-pazjenti jingħataw informazzjoni komprensiva dwar il-firxa sħiħa ta' varjetajiet ta' pjanti użati fil-mediċina pprovduta; jirrimarka li tali informazzjoni tippermetti lill-pazjenti u lill-prattikanti mediċi jippreskrivu mediċina li tikkunsidra l-bżonnijiet olistiċi tal-pazjent kif ukoll it-terapija korrispondenti;

12. Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħhom dwar l-użu tal-mediċini abbażi tal-kannabis meta r-riċerka xjentifika tipprova li l-istess effett pożittiv ma jistax jinkiseb bl-użu ta' mediċini ordinarji li ma jikkawżawx dipendenza;

13. Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm disponibilità suffiċjenti ta' mediċini abbażi tal-kannabis li jkopru l-ħtiġijiet attwali, kemm jekk permezz ta' produzzjoni skont l-istandards mediċi nazzjonali kif ukoll permezz ta' importazzjonijiet li jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali tagħhom għall-mediċini abbażi tal-kannabis;

14. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-kannabis għal finijiet mediċi, sikura u kkontrollata, tiġi esklussivament minn prodotti derivati mill-kannabis li jkunu għaddew minn provi kliniċi u minn valutazzjoni u approvazzjoni regolatorji;

15. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li r-riċerka dwar, u l-użu ta', kannabis għall-użu mediku fl-Unjoni bl-ebda mod ma tiffavorixxi n-netwerks kriminali tad-droga jew twassal biex dawn jespandu;

16. Jissottolinja kif regolamentazzjoni komprensiva u bbażata fuq l-evidenza tal-mediċini abbażi tal-kannabis issarraf f'riżorsi addizzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi, tillimita s-suq iswed, tiżgura t-tikkettar ta' kwalità u preċiż biex tgħin fil-kontroll tal-punti tal-bejgħ, tillimita l-aċċess tal-minorenni għal din is-sustanza u tiżgura ċ-ċertezza tad-dritt u l-aċċess sikur lill-pazjenti għall-użu mediċinali tagħha, bi prekawzjonijiet partikolari fis-seħħ għaż-żgħażagħ u n-nisa tqal;

17. Jenfasizza li l-prevenzjoni stretta tad-dipendenza fost il-minorenni u l-gruppi vulnerabbli trid dejjem tiddaħħal f'kull qafas regolatorju;

18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni.

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Mejju 2019Avviż legali