MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 133kWORD 48k
11.1.2019
PE631.668v◄►
 
B8-0072/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-introduzzjoni ta' sussidji għall-familji għall-ispejjeż tal-iskola


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-introduzzjoni ta' sussidji għall-familji għall-ispejjeż tal-iskola  
B8-0072/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-Unjoni Ewropea għandha kompetenza ta' sostenn, koordinament u tlestija fis-settur strateġiku tal-edukazzjoni, skont il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

B.  billi kull sena qed tiġi rreġistrata żieda tal-ispejjeż li kull familja jkollha taffronta għall-miżati, għall-materjal didattiku u għall-kotba (fl-Italja, għal kull tifel u tifla fil-medja se jintefqu EUR 526 għal dak meħtieġ għall-iskola – b'żieda ta' 0,8 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel – u EUR 456,90 għall-kotba u d-dizzjunarji, skont l-Osservatorju tal-Federconsumatori [Federazzjoni Nazzjonali tal-Konsumaturi]);

C.  billi l-Istati Membri diġà jsostnu l-familji permezz ta' allowances u ta' ħelsien mit-taxxa sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż marbuta mal-iskola;

D.  billi l-edukazzjoni hija settur estremament importanti biex it-tfal kollha jikbru, jiżviluppaw u jifformaw ruħhom;

1.  Jistieden lill-Parlament Ewropew iqis il-possibilità li jiġu introdotti sussidji, allowances jew miżuri oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispejjeż li l-familji, speċjalment dawk f'diffikultà ekonomika, iridu jħabbtu wiċċhom magħhom biex jiggarantixxu edukazzjoni tajba u idonea għal uliedhom, li jikkompletaw l-azzjoni tal-Istati Membri u jikkoordinawha.

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali