MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 143kWORD 47k
5.2.2019
PE631.707v01-00
 
B8-0092/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-libertà akkademika u l-libertà ta' espressjoni fl-Unjoni Ewropea


Dominique Bilde

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-libertà akkademika u l-libertà ta' espressjoni fl-Unjoni Ewropea  
B8‑0092/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni rigward l-Istatus tal-Persunal tat-Tagħlim fl-Edukazzjoni Għolja, adottata mill-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) fil-11 ta' Novembru 1997,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 9, 10 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont artiklu ppubblikat fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-gazzetta Le Figaro u intitolat "Ces intellectuels victimes du politiquement correct à l’université" (L-akkademiċi vittmi tal-korrettezza politika fl-università), jidher li "riċerkaturi rikonoxxuti qed jiġu emarġinati mill-università meta jindirizzaw temi bħall-Iżlam u l-immigrazzjoni", fosthom l-esperta fid-demografija, Michèle Tribalat, u professur li milli jidher "ra l-avvanz fil-karriera tiegħu jieqaf ħesrem minn mindu ppubblika ktieb";

B.  billi, fit-28 ta' Novembru 2018, f'artiklu ppubblikat fir-rivista Le Point, 80 akkademiku Franċiż iddenunzjaw "l-istrateġija ta' infiltrazzjoni tal-attivisti dekolonjalisti fl-edukazzjoni għolja" u billi Danièle Obono, Membru tal-Parlament Franċiż qrib din is-sensittività politika, inħatret fil-bord amministrattiv tad-Dipartiment tax-Xjenza Politika tal-Università Paris 1 Panthéon-Sorbonne;

1.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw ir-rispett tal-libertà akkademika, id-drittijiet fundamentali msemmijin hawn fuq kif ukoll il-pluraliżmu fl-edukazzjoni għolja.

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2019Avviż legali