MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 47k
5.2.2019
PE631.708v01-00
 
B8-0093/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-promozzjoni tal-agroekoloġija u tal-agroforestrija


Mireille D’Ornano

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-promozzjoni tal-agroekoloġija u tal-agroforestrija  
B8‑0093/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-agroekoloġija u l-agroforestrija huma parti minn approċċ kompletament sostenibbli li huwa bbażat fuq il-funzjonalitajiet offruti minn ekosistemi naturali, fejn il-flora u l-fawna jaħdmu għall-art b'mod naturali;

B.  billi dan l-approċċ jippermetti t-tnaqqis konsiderevoli tal-ispejjeż għall-bdiewa hekk kif itemm l-applikazzjoni ta' pestiċidi, fertilizzanti u organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) u b'hekk inaqqas ir-riskji għall-ambjent (ħamrija, ilma, arja) u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali;

C.  billi l-agroekoloġija u l-agroforestrija diġà huma pprattikati f'bosta pajjiżi u jippermettu produzzjoni ta' kwalità filwaqt li jippermettu lill-azjendi agrikoli jkunu aktar reżiljenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' perikli naturali;

1.  Jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni twettaq kampanja ta' sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal tal-agroekoloġija u tal-agroforestrija;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), trasformazzjoni gradwali tal-agrikoltura attwali, li toffri produzzjoni għal żmien qasir, f'agroekoloġija sostenibbli, ibbażata wkoll fuq l-agroforestrija, sabiex jiġi garantit ir-rispett għas-saħħa u l-ambjent kif ukoll għall-bdiewa nfushom permezz ta' dħul aktar ġust.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Frar 2019Avviż legali