MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 48k
5.2.2019
PE631.710v01-00
 
B8-0095/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-libertà tal-media bħala kundizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi


Ivan Jakovčić, Jozo Radoš

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-libertà tal-media bħala kundizzjoni għal elezzjonijiet demokratiċi  
B8‑0095/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-elettorat ma jistax ikollu l-libertà tal-għażla jekk dik l-għażla ma tkunx waħda infurmata tajjeb, u billi d-dritt għal-libertà tal-informazzjoni u l-libertà tal-media huma prekundizzjonijiet essenzjali għal elezzjonijiet ħielsa;

B.  billi l-media trid tkun libera li tinforma lill-pubbliku, mingħajr ma tkun soġġetta għal kwalunkwe pressjoni politika, ekonomika jew oħra, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-etika professjonali;

C.  billi r-reġimi awtokratiċi u l-gruppi ta' interess jużaw il-media biex jimmanipulaw l-opinjoni pubblika b'aħbarijiet foloz u jwettqu kampanji ta' diżinformazzjoni kkoordinati biex jattakkaw il-kandidati, l-attivisti u l-ġurnalisti tal-kamp oppost;

1.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw strateġiji effettivi biex jipproteġu l-proċess elettorali mit-theddida ta' manipulazzjoni tal-informazzjoni u propaganda mhux xierqa permezz tal-media soċjali u media oħra;  

2.  Jistieden lill-Istati Membri jirrevedu l-oqfsa regolatorji tagħhom li jirregolaw il-kopertura tal-media tal-kampanji elettorali;

3.  Jitlob lill-Istati Membri biex jimponu, fejn dan ma sarx diġà, obbligu fuq il-mezzi tax-xandir pubbliċi u privati biex ikopru l-kampanji elettorali b'mod ġust u imparzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

Aġġornata l-aħħar: 20 ta' Frar 2019Avviż legali