Proċedura : 2018/2684(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0099/2019

Testi mressqa :

B8-0099/2019

Dibattiti :

PV 12/02/2019 - 21
CRE 12/02/2019 - 21

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2019 - 16.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 138kWORD 50k
6.2.2019
PE635.317v01-00
 
B8-0099/2019

imressqa wara l-mistoqsija għal tweġiba orali B8‑0005/2019

skont l-Artikolu 128(5) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP))


Jadwiga Wiśniewska, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rigressjoni attwali tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE (2018/2684(RSP))  
B8‑0099/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jiddikjara li l-Unjoni "għandha (...) tinkoraġġixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 168 tat-TFUE dwar is-saħħa pubblika u b'mod partikolari l-paragrafu 7 tiegħu, li jiddikjara li "l-azzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom, kif ukoll l-organizzazzjoni u l-għoti tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura medika",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi(1),

–  wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar ir-rigressjoni attwali tad-Drittijiet tan-Nisa u tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-UE (O-000135/2018 – B8‑0005/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-biċċa l-kbira nkisbet fl-Unjoni Ewropea, iżda għad hemm kwistjonijiet importanti li jridu jissolvew, bħalma huma d-diverġenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, il-vjolenza kontra n-nisa, iż-żwieġ furzat, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-politika u fix-xjenza, u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata,

B.  billi t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-saħħa sesswali u riproduttivi, id-drittijiet f'dak il-qasam u l-edukazzjoni sesswali huma l-kompetenza tal-Istati Membri;

C.  billi l-UE, li fl-azzjonijiet kollha tagħha għandha l-obbligu li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, għandha taġixxi fejn għandha l-kompetenza skont it-Trattati, iżda tista' wkoll tgħin biex tippromwovi l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'oqsma oħra;

1.  Jiddispjaċih li ftit li xejn sar progress f'dawn l-aħħar snin f'xi inizjattivi ewlenin bi rbit mat-tneħħija tad-diverġenzi bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u r-rappreżentanza tan-nisa fil-ħajja pubblika; jitlob li l-istituzzjonijiet rilevanti kollha tal-UE, għaldaqstant, jiżguraw li jsir progress sostanzjali fil-ftit snin li ġejjin;

2.  Jirrimarka l-fatt li, minkejja li l-Istati Membri kollha jikkastigaw il-vjolenza kontra n-nisa, l-istatistiċi juru biċ-ċar li l-inċidenza ta' tali vjolenza qed tiżdied f'bosta minnhom; jitlob li l-Istati Membri kollha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jeliminaw il-vjolenza kontra n-nisa, b'konċentrazzjoni partikolari fuq il-vjolenza sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali femminili u ż-żwieġ furzat tat-tfajliet f'età żgħira;

3.  Jitlob li l-Istati Membri dejjem iqisu l-aħjar interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa huma u jfasslu l-istrateġiji u l-politiki tas-saħħa tagħhom;

4.  Jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikolari, għall-problema tal-isterjotipi u tas-sesswalizzazzjoni tal-immaġni tan-nisa, li għandha tiġi indirizzata mill-istituzzjonijiet kompetenti kollha, inkluż permezz ta' programmi edukattivi tal-Istati Membri;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

(1)

ĠU C 468, 15.12.2016, p. 66.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali