Proċedura : 2019/2565(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0100/2019

Testi mressqa :

B8-0100/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/02/2019 - 9.3
CRE 12/02/2019 - 9.3

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 163kWORD 53k
6.2.2019
PE635.318v01-00
 
B8-0100/2019

imressqa skont l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura


li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi (2019/2565(RSP))


Linnéa Engström, Paloma López Bermejo, Marco Affronte, Yannick Jadot, Ian Hudghton, Ana Miranda, José Bové, Klaus Buchner, Maria Heubuch, Jakop Dalunde, Julia Reda, Ska Keller, Bodil Valero, Malin Björk, Soraya Post, Margrete Auken, Romeo Franz, Nils Torvalds, Renata Briano, Isabelle Thomas, Edouard Martin, Jean Lambert, Keith Taylor, Max Andersson, Reinhard Bütikofer, Izaskun Bilbao Barandica, Eva Joly, Jill Evans, Michèle Rivasi, Bas Eickhout, Miroslavs Mitrofanovs, Tilly Metz, Helga Trüpel, Florent Marcellesi, Barbara Lochbihler, Judith Sargentini, Bart Staes, Indrek Tarand, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Heidi Hautala, Philippe Lamberts, Karima Delli, Alyn Smith, Igor Šoltes, Josep‑Maria Terricabras, Jordi Solé, Martin Häusling, Sven Giegold, Monika Vana, Terry Reintke, Michel Reimon, Ángela Vallina, Dennis de Jong, Anne‑Marie Mineur, Matt Carthy, Liadh Ní Riada, Lynn Boylan, Martina Anderson, Miguel Urbán Crespo, Tania González Peñas, Estefanía Torres Martínez, Lola Sánchez Caldentey, Sofia Sakorafa, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Xabier Benito Ziluaga, Martin Schirdewan, Patrick Le Hyaric, Marie‑Christine Vergiat, Marina Albiol Guzmán, Barbara Spinelli, Dimitrios Papadimoulis, Stelios Kouloglou, Marisa Matias, Martina Michels, Merja Kyllönen, Stefan Eck, Rina Ronja Kari, Neoklis Sylikiotis, Kostadinka Kuneva, Eleonora Forenza, Norbert Neuser, Tiemo Wölken, Birgit Sippel, Bernd Lange, Dietmar Köster, Babette Winter, Evelyne Gebhardt, Ulrike Rodust, Susanne Melior, Sylvia‑Yvonne Kaufmann, Constanze Krehl, Jens Geier, Joachim Schuster, Jude Kirton‑Darling, Marita Ulvskog, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Hedh, Olle Ludvigsson, Aleksander Gabelic, Jytte Guteland, Guillaume Balas, Karoline Graswander‑Hainz, Karin Kadenbach, Evelyn Regner, Josef Weidenholzer, Ana Gomes, Thomas Waitz, Michael Cramer

Riżoluzzjon tal-Parlament Ewropew li titlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi (2019/2565(RSP))  
B8‑0100/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu kif ukoll l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 218(11) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-Artikolu 73 fil-Kapitolu XI tagħha dwar it-territorji mhux awtonomi,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati bejn Stati u Organizzazzjonijiet Internazzjonali jew bejn Organizzazzjonijiet Internazzjonali, b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 35 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 34/37 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-10 ta' Diċembru 2015 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-512/12(1),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawża C-104/16 P(2),

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-QĠUE tas-27 ta' Frar 2018 fil-Kawża C-266/16(3),

–  wara li kkunsidra d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Lulju 2018 fil-Kawża T-180/14(4),

–  wara li kkunsidra d-digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2018 fil-Kawża T-275/18(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi, skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom l-obbligu li jirrispettaw il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u dawk tad-dritt internazzjonali; billi l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 55 tal-Karta tan-NU jinkludu r-rispett tal-prinċipju tal-awtodeterminazzjoni tal-popli;

B.  billi l-QĠUE, fis-sentenza tagħha tal-21 ta' Diċembru 2016, iddeterminat li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Liberalizzazzjoni UE-Marokk ma kienx joffri bażi ġuridika għall-inklużjoni tas-Saħara tal-Punent, u għalhekk ma setax japplika għal dak it-territorju, peress li s-Saħara tal-Punent ma jagħmilx parti mill-Marokk; billi, konsegwentement, il-Qorti ddikjarat fil-punt 106 li l-poplu tas-Saħara tal-Punent għandu jitqies bħala parti terza għar-relazzjonijiet tal-UE mal-Marokk, u li, biex kwalunkwe arranġament bilaterali bħal dan jaffettwa s-Saħara tal-Punent, għandu jinkiseb il-kunsens tan-nies ta' dak it-territorju; billi l-Kummissjoni tqis li l-Qorti ma ddefinietx b'mod preċiż b'liema mod tali kunsens għandu jiġi espress;

C.  billi l-QĠUE, fis-sentenza tagħha tas-27 ta' Frar 2018 fil-Kawża C-266/16, iddikjarat li l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, li daħal fis-seħħ fit-28 ta' Frar 2007, mhuwiex legalment applikabbli għat-territorju tas-Saħara tal-Punent u għall-ilmijiet kontigwi miegħu;

D.  billi, fil-punt 64 tas-sentenza fil-Kawża C-266/16, il-QĠUE sostniet li t-territorju tas-Saħara tal-Punent mhuwiex kopert bil-kunċett ta' "territorju tal-Marokk" fis-sens tal-Artikolu 11 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd;

E.  billi, fil-punt 69 tas-sentenza fil-Kawża C-266/16, il-QĠUE sostniet li l-ilmijiet kontigwi mat-territorju tas-Saħara tal-Punent mhumiex parti mill-ilmijiet li jaqgħu "taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni" tal-Marokk kif imsemmi fl-Artikolu 2(a) tal-Ftehim ta' Sħubija tal-2007;

F.  billi l-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għamlu konsultazzjonijiet bil-ħsieb li "jinvolvu b'mod adegwat" lill-poplu tas-Saħara tal-Punent, kif irrikjeda l-Kunsill fid-direttivi ta' negozjati; billi ma jistax jiġi stabbilit b'ċertezza li l-passi meħuda mill-Kummissjoni jissodisfaw ir-rekwiżit, stabbilit mill-QĠUE, li jinkiseb il-kunsens tal-poplu tas-Saħara tal-Punent;

1.  Huwa tal-fehma li hemm inċertezza ġuridika dwar jekk il-ftehim propost huwiex kompatibbli mat-Trattati u, b'mod partikolari, mas-sentenzi tal-QĠUE tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawża C-104/16 P u tas-27 ta' Diċembru 2018 fil-Kawża C-266/16;

2.  Jiddeċiedi li jitlob opinjoni mill-QĠUE dwar il-kompatibbiltà tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli propost bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, kif ukoll tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim imsemmi mat-Trattati u, b'mod partikolari, mas-sentenzi tal-QĠUE tal-21 ta' Diċembru 2016 fil-Kawża C-104/16 P u tas-27 ta' Diċembru 2018 fil-Kawża C-266/16;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jieħu l-miżuri meħtieġa ħalli jikseb tali opinjoni mill-QĠUE, u biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Diċembru 2015, Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-512/12, ECLI:EU:T:2015:953..

(2)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Diċembru 2016, Il-Kunsill vs Front Polisario, C-104/16P, ECLI:EU:C:2016:973.

(3)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Western Sahara Campaign UK vs Commissioners for Her Majesty's Revenue and Customs, Secretary of State for Environment, Food and Rural Affairs, C-266/16, ECLI:EU:C:2018:118.

(4)

Id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Lulju 2018, Front Polisario vs il-Kunsill, T-180/14, ECLI:EU:T:2018:496.

(5)

Id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2018, Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-275/18, ECLI:EU:T:2018:869..

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Frar 2019Avviż legali