MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 132kWORD 47k
13.2.2019
PE635.359v01-00
 
B8-0134/2019

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-twettiq ta' strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-identità komuni u tal-kultura Ewropea permezz taċ-ċinema u tas-sensiliet televiżivi


Innocenzo Leontini

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta' strateġija Ewropea għall-promozzjoni tal-identità komuni u tal-kultura Ewropea permezz taċ-ċinema u tas-sensiliet televiżivi   
B8-0134/2019

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi jenfasizza l-ħtieġa li jiġu promossi inizjattivi komuni fil-livell Ewropew fil-qasam tal-kultura u l-edukazzjoni, imfassla b'mod partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa, bil-għan li jiġi promoss sentiment ta' appartenenza għall-Unjoni Ewropea;

B.  billi jenfasizza l-fatt li l-produzzjonijiet ċinematografiċi, u b'mod partikolari s-sensiliet televiżivi, huma mifruxa ħafna maċ-ċittadini Ewropej;

C.  billi jfakkar li, skont it-teorija tax-xjenzjat politiku Joseph Nye, il-potenzjal ta' attrazzjoni ta' nazzjon, jew ta' assjem ta' nazzjonijiet, mhuwiex irrappreżentat esklużivament mill-forza ekonomika u militari tiegħu, iżda jitrawwem permezz tat-tifrix tal-kultura tiegħu u tal-valuri storiċi fondattivi ta' riferiment;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex isostnu l-produzzjonijiet ċinematografiċi Ewropej fit-twettiq ta' films u sensiliet televiżivi kapaċi jippromwovu, mal-pubbliku ġenerali, għarfien akbar tal-fatti storiċi u tal-personaġġi li kkaratterizzaw l-istorja Ewropea u b'mod partikolari dik tal-integrazzjoni Ewropea.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Frar 2019Avviż legali