Proċedura : 2019/2541(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0139/2019

Testi mressqa :

B8-0139/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 19.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0199

<Date>{21/02/2019}21.2.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0139/2019</NoDocSe>
PDF 194kWORD 60k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop‑P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos‑metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram 2019/2541(RSP)</Titre>

<DocRef>(D060042/02 – 2019/2541(RSP))</DocRef>


<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Membri responsabbli: <Depute>Sylvie Goddyn, Karin Kadenbach, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Anja Hazekamp</Depute>


B8‑0139/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop‑P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos‑metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram 2019/2541(RSP)

(D060042/02 – 2019/2541(RSP))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi[1],

 wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop‑P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos‑metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (D060042/02),

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE[2], u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid ta' Ottubru 2017 li tħejja skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2009 dwar it-tijakloprid[3],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[4],

 wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Introduzzjoni tal-kuntest

A. billi t-tijakloprid ilu li ġie approvat għall-użu bħala insettiċida mill-1 ta' Jannar 2005;

B. billi mill-2015 għaddejja proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tijakloprid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012[5] u din tinkludi l-avviż meħtieġ ta' tliet snin; billi l-perjodu ta' approvazzjoni attwali jiskadi fit-30 ta' April 2019;

C. billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tijakloprid diġà ġie estiż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524[6];

D. billi l-Kummissjoni ma tispjegax ir-raġunijiet għat-tieni estensjoni apparti li ssostni li: "Il-valutazzjoni tas-sustanzi [inkluż it-tijakloprid] [i]ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom";

E. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent u fl-istess ħin li jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa tqal, it-trabi u t-tfal;

F. billi għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jispeċifika li s-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li mhumiex mistennija jkollhom xi effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew xi effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

G. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddikjara li sabiex titħaffef l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, għandhom jiġu stabbiliti skadenzi stretti għall-passi proċedurali differenti, li dan ma sarx b'mod evidenti;

H. billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jindika li fl-interess tas-sikurezza, il-perjodu ta' approvazzjoni għal sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji possibbli inerenti fl-użu ta' tali sustanzi, iżda tali proporzjonalità hija nieqsa b'mod evidenti;

I. billi s-sustanza attiva tat-tijakloprid hija neonikotinojd issostitwit bi ċjano li jintuża b'mod wiesa' biex jissostitwixxi l-klotijanidin, l-imidakloprid u t-tijametossam, li huma pprojbiti fl-Unjoni ħlief għall-użu fis-serer;

J. billi l-formulazzjonijiet ibbażati fuq it-tijakloprid jintużaw bħala bexx fl-għelieqi b'rata ferm ogħla mis-sustanzi klotijanidin, imidakloprid u tijametossam li kienu jintużaw qabel;

K. billi l-formulazzjonijiet tat-tijakloprid huma permessi li jintużaw fil-perjodu li matulu l-fjuri jkunu qed jiffjorixxu minħabba li huwa mistenni li ssir inqas ħsara lid-dakkara;

Karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali

L. billi diversi studji reċenti jissuġġerixxu li t-tijakloprid għandu effetti li jfixklu s-sistema endokrinali[7], effetti ġenotossiċi u ċitotossiċi[8],[9] u impatt fuq l-iżvilupp newroloġiku, u huwa newrotossiku[10] u immunotossiku[11];

M. billi s-sustanza attiva tat-tijakloprid hija meqjusa li tippreżenta "karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali" fil-bażi tad-data tal-UE dwar il-Pestiċidi[12] u hija kandidata għal sostituzzjoni;

N. billi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbiliet il-klassifikazzjoni u t-tikkettar li ġejjin għas-sustanza attiva tat-tijakloprid: "suspected human carcinogen and presumed human reproductive toxicant" (karċinoġenu uman issuspettat u tossiku preżunt għar-riproduttività tal-bniedem);

O. billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ippubblikat konklużjonijiet allarmanti u irrevokabbli fir-rigward tal-periklu li jippreżenta t-tijakloprid għas-saħħa tal-bniedem fir-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid ta' Ottubru 2017 dwar it-tijakloprid, li nħareġ għal konsultazzjoni pubblika[13];

P. billi f'laqgħa tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel li saret fis-16 ta' Ġunju 2016, il-Kummissarju Andriukaitis spjega li l-prinċipju ta' prekawzjoni jipprevali f'każ li jkun hemm dubji fir-rigward tal-kriterji għas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali;

Q. billi l-aġenzija ambjentali Franċiża ANSES tat opinjoni mhux favorevoli fir-rigward tas-sustanza attiva tat-tijakloprid fir-rapport tagħha dwar in-neonikotinojdi ta' Mejju 2018[14],[15],[16];

R. billi Franza ilha minn Settembru 2018 li pprojbiet l-użu tat-tijakloprid minħabba l-karċinoġeniċità ssuspettata tiegħu;

Theddida għall-bijodiversità

S. billi t-tijakloprid jista' jkun tossiku għan-naħal tal-għasel daqs l-imidakloprid u t-tijametossam[17];

T. billi t-tijakloprid jista' jaffettwa l-prestazzjoni tat-tagħlim u tal-memorja tan-naħal tal-għasel u b'hekk il-vitalità tal-kolonji tagħhom[18]; billi data xjentifika reċenti[19] turi li l-esponiment kroniku tan-naħal tal-għasel fl-għelieqi, f'konċentrazzjoni baxxa, għas-sustanza attiva tat-tijakloprid jwassal għal effetti subletali importanti, bħal imġiba ta' foraġġ, komunikazzjoni u navigazzjoni indeboliti ta' dawk l-annimali, li jfisser li jista' jitqajjem dubju dwar jekk l-użu tas-sustanza attiva tat-tijakloprid huwiex fil-fatt konformi mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20];

U. billi, minbarra l-effetti sekondarji magħrufa diġà tan-neonikotinojdi fuq id-dakkara, pubblikazzjonijiet xjentifiċi reċenti[21] wrew li s-sustanza attiva tat-tijakloprid taffettwa l-immunokompetenza tan-naħal tal-għasel, li diġà ġiet imdgħajfa b'mod konsiderevoli;

V. billi ż-żieda fit-tossiċità għad-dakkara hija riżultat ta' effett "cocktail"[22] mill-użu ta' diversi pestiċidi u insettiċidi, inkluż it-tijakloprid;

1. Iqis li l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2. Iqis li d-deċiżjoni biex it-tijakloprid jiġi rreġistrat ma tistax tiġi ġġustifikata, peress li m'hemmx biżżejjed evidenza li turi li se jiġu evitati riskji inaċċettabbli għall-annimali, għas-sikurezza tal-ikel u għad-dakkara;

3. Iqis li l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex ibbażat fuq ħtieġa urġenti għas-sustanza attiva tat-tijakloprid għall-finijiet tal-agrikoltura fl-Unjoni;

4. Iqis li l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma jirrispettax il-prinċipju ta' prekawzjoni;

5. Iqis li huwa xieraq li l-Kummissjoni minflok għandha tipproponi status speċjali għan-naħal tal-għasel, li jqis il-fatt li d-dakkara huma indispensabbli għal agrikoltura sostenibbli, għall-produzzjoni tal-pjanti u simultanjament għal annimali oħra selvaġġi u li jipproduċu l-ikel, u li tipproponi li l-koerenza tar-regolamenti rilevanti tiġi modifikata, armonizzata u tiżdied fid-dawl ta' dan, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għan-naħal tal-għasel u dakkara oħra;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jqis l-effett kroniku tas-sustanza attiva tat-tijakloprid fuq in-naħal tal-għasel, is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ambjent;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi, minħajr dewmien, sustanzi attivi fil-klassi tan-neonikotinojd jew sustanzi li jaġixxu bl-istess mod, inkluż it-tijakloprid;

8. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

[1] ĠU, L 309, 24.11.2009, p. 71.

[2] ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

[3] Ir-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid li tħejja skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1107/2009, it-Tijakloprid, Volum 1, Ottubru 2017, https://www.efsa.europa.eu/en/consultations/call/180123

[4] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[5] Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

[6] Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 4).

[7] Effects of commercial formulations of deltamethrin and/or thiacloprid on thyroid hormone levels in rat serum. Sekeroglu, V., 2014, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/22677783

[8] In vitro investigation of the genotoxic and cytotoxic effects of thiacloprid in cultured human peripheral blood lymphocytes. Kocaman, A.Y., 2014, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/22730181

[9] Investigation of the genotoxic and cytotoxic effects of widely used neonicotinoid insecticides in HepG2 and SH-SY5Y cells. Şenyildiz, M., 2018, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/29591886

[10] A critical review of neonicotinoid insecticides for developmental neurotoxicity. Sheets, L.P., 2015, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4732412/

[11] Effects of thiacloprid, deltamethrin and their combination on oxidative stress in lymphoid organs, polymorphonuclear leukocytes and plasma of rats. Birsen Aydin, 2011, https://www.sciencedirect.com/science/article/abs/pii/S0048357511000617

[14] Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 1 – Rapport du groupe de travail Identification des alternatives aux usages autorisés des néonicotinoïdes. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome1.pdf

[15] Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 2 – Rapport sur les indicateurs de risque. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome2.pdf

[16] Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 3 – Rapport d’appui scientifique et technique sur l’impact agricole. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome3.pdf

[20] Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

[22] Traynor, K.S., Pettis, J.S., Tarpy, D.R., Mullin, C.A., Frazier, J.L., Frazier, M., van Engeldsorp, D., ‘In-hive Pesticide Exposome: Assessing risks to migratory honey bees from in-hive pesticide contamination in the Eastern United States’, Scientific Reports 6, 15 September 2016, http://www.nature.com/articles/srep33207

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019Avviż legali