Proċedura : 2019/2549(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0145/2019

Testi mressqa :

B8-0145/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0161

<Date>{22/02/2019}22.2.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0145/2019</NoDocSe>
PDF 138kWORD 49k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti</Titre>

<DocRef>(C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Membru responsabbli: <OptDel><Depute> Roberto Gualtieri </Depute></OptDel>


B8-0145/2019

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti

(C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00791),

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 1(6) u 82(6) tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni se jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta' kklerjar u ta' rapportar u mir-rekwiżit li jiġu applikati tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

B. billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

 

[1] ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019Avviż legali