<Date>{05/03/2019}5.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0148/2019</NoDocSe>
PDF 131kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre> dwar il-protezzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni Ewropea mill-kompetizzjoni inġusta</Titre>


<Depute> Mireille D’Ornano</Depute>


B8-0148/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-produtturi tal-banana tal-Unjoni Ewropea mill-kompetizzjoni inġusta

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi Martinique u Guadeloupe jipproduċu 250 000 tunnellata ta' banana fis-sena, iżda qed jiffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa minn pajjiżi tal-Amerka t'Isfel, li jużaw ħafna aktar pestiċidi kimiċi, mingħajr ma japplikaw standards komparabbli għal dawk tal-Unjoni Ewropea f'dan il-qasam;

B. billi għadd ta' pajjiżi terzi jiksbu ftehimiet ta' ekwivalenza "organika" mill-Unjoni Ewropea biex jesportaw il-banana bi standards aktar baxxi minn dawk applikati għas-600 produttur tal-banana f'Martinique u Guadeloupe, peress li dawn iż-żewġ reġjuni huma parti mill-Unjoni Ewropea;

1. Jistieden lill-Kummissjoni biex, bħala l-ewwel pass, tagħmel tajjeb, mingħajr dewmien, għall-iżvantaġġ kompetittiv li jaffettwa b'mod ċar lill-produtturi tal-banana soġġetti għall-istandards Ewropej;

2. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-ġejjieni, tiżgura li l-ekwivalenza "organika" mhux ġustifikata ma tibqax tingħata lil pajjiżi li huma magħrufa li jużaw il-pestiċidi fi proporzjon li jmur ferm lil hinn minn dak tal-produtturi tal-Unjoni Ewropea.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Marzu 2019Avviż legali