Proċedura : 2019/2579(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0149/2019

Testi mressqa :

B8-0149/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0163

<Date>{05/03/2019}5.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0149/2019</NoDocSe>
PDF 141kWORD 50k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni</Titre>

<DocRef>(C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))</DocRef>


<Commission>{ECON}Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji</Commission>

Membru responsabbli: <Depute>Markus Ferber</Depute>


B8‑0149/2019

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni

(C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00904),

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta' Marzu 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) u l-Artikolu 89(5) tagħha,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE[2],

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-"emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (RTS 11)" preżentat fit-8 ta' Novembru 2018 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/65/UE,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-att delegat fih emendi importanti biex titħares il-kompetittività taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE li joffru n-negozjar f'dawk l-ishma li jiġu ammessi għan-negozjar jew jiġu nnegozjati fl-Unjoni u f'pajjiż terz fl-istess ħin, u meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dawk l-ishma jkun jinsab barra mill-Unjoni;

B. billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

C. billi l-Parlament iqis li l-RTS adottat mhuwiex "l-istess" bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur biex joġġezzjona għall-RTS (perjodu ta' skrutinju); billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-Aġenziji Superviżorji Ewropej mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu "l-istess";

1. Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 

[1] ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

[2] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Marzu 2019Avviż legali