Proċedura : 2019/2614(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0171/2019

Testi mressqa :

B8-0171/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0211

<Date>{11/03/2019}11.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0171/2019</NoDocSe>
PDF 142kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE</Titre>

<DocRef>(2019/2614(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Markus Ferber, Agnieszka Kozłowska‑Rajewicz</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kay Swinburne</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-0171/2019

B8‑0171/2019

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE

(2019/2614(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Strategic Engagement for Gender Equality) 2016-2019, tal-Kummissjoni,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2019 dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE, skond liema artikolu l-Kunsill Ewropew ikkonsulta l-Parlament,

 wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0144/2019),

 wara li kkunsidra l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta' Frar 2019, ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE[1],

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0146/2019),

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 għall-ħatra tas-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010[2],

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0148/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala prinċipju orizzontali, u l-Artikolu 2 tat-TUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala valur tal-Unjoni;

B. billi l-aċċess ugwali għall-opportunitajiet u n-nondiskriminazzjoni huma valuri integrali tal-Unjoni Ewropea;

C. billi n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji;

D. billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

E. billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament Ewropew lill-Kunsill biex jerġa' jindirizza n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma ħax din it-talba bis-serjetà;

F. billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew f'nomini preċedenti biex jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha għall-kariga ta' President tal-Awtorità Bankarja Ewropea kienu rġiel;

G. billi minkejja l-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha għal Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni kienu rġiel;

1. Iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jaħdmu b'mod attiv lejn bilanċ bejn is-sessi fil-proposti futuri tagħhom għal listi mqassra u ħatriet, u jitlob li t-talba tal-Parlament tiġi rispettata għan-nomini li ġejjin;

2. Jirrikonoxxi li l-Parlament innifsu ma ssodisfax dawn l-istandards u jwiegħed li jtejjeb ir-rekord tiegħu stess ta' promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji;

3. Jirrikonoxxi li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell eżekuttiv fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jeħtieġ kandidati kwalifikati mill-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jieħdu passi konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet nazzjonali u b'hekk iwittu t-triq għal kandidati ta' kwalità għolja kemm irġiel kif ukoll nisa għal pożizzjonijiet għolja tal-UE fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

 

[1] ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

[2] ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali