Proċedura : 2019/2582(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0184/2019

Testi mressqa :

B8-0184/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{11/03/2019}11.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0184/2019</NoDocSe>
PDF 168kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite> imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima</Titre>

<DocRef>(2019/2582(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Christian Ehler, Paul Rübig, Kathleen Van Brempt, Zdzisław Krasnodębski, Fredrick Federley, Benedek Jávor, Dario Tamburrano, Barbara Kappe</Depute>

<Commission>{ITRE}f'isem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija</Commission>

<<<</RepeatBlock-By>


B8-0184/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima

(2019/2582(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2018 bit-titlu "Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima" (COM(2018)0773),

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto anness magħha,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, id-Deċiżjoni 1/CP.21, il-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-UNFCCC u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11), li saru f'Pariġi, Franza, bejn it-30 ta' Novembru u l-11 ta' Diċembru 2015,

 wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24)[1],

 wara li kkunsidra l-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa,

 wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1. Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġija fit-tul "Pjaneta nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima", li tissottolinja l-opportunitajiet u l-isfidi li t-trasformazzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra ġġib għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija tal-Ewropa, u tistabbilixxi l-bażi għal dibattitu wiesa' li jinvolvi l-istituzzjonijiet tal-UE, il-parlamenti nazzjonali, is-settur tan-negozju, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-bliet u l-komunitajiet, kif ukoll iċ-ċittadini;

2. Jemmen li l-Ewropa tista' tkun minn ta' quddiem fit-triq lejn in-newtralità klimatika billi tinvesti f'soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi, tagħti s-setgħa liċ-ċittadini, u tikkoordina l-azzjoni f'oqsma ewlenin bħall-enerġija, il-politika industrijali u r-riċerka, filwaqt li tiżgura l-ekwità soċjali għal tranżizzjoni ġusta;

3. Jaqbel mal-oqsma strateġiċi identifikati mill-Kummissjoni fejn hija meħtieġa azzjoni konġunta u jappoġġja l-effiċjenza enerġetika, l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-kompetittività globali tal-industrija tal-UE;

4. Jenfasizza l-importanza tad-diversi miżuri u tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima introdotti f'oqsma differenti ta' politika, iżda jwissi li approċċ frammentat jista' jġib inkonsistenzi u jżomm lill-UE milli tilħaq ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050; jemmen li hemm bżonn li jittieħed approċċ globali;

5. Jaqbel mal-għan tal-UE li tikseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra sal-2050, kif stipulat fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni; jitlob lill-Istati Membri jaqblu dwar strateġija biex jilħqu dan il-għan fis-summit speċjali tal-UE f'Sibiu f'Mejju 2019, u jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom favur il-livell ta' ambizzjoni meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan;

ll-politika tal-enerġija

6. Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-enerġija fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra;

7. Ifakkar li l-Unjoni rnexxielha tiddiżakkoppja b'suċċess l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-tkabbir ekonomiku f'dawn l-aħħar deċennji, kif ukoll naqqset l-emissjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-effiċjenza enerġetika u d-diffużjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

8. Jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa għandha tkompli tixpruna l-modernizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea, tistimola t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u ġġib benefiċċji soċjali u ambjentali għaċ-ċittadini Ewropej;

9. Jemmen li t-tmexxija tal-UE fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika turi lill-partijiet l-oħra tad-dinja li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kemm possibbli kif ukoll ta' benefiċċju, lil hinn mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

10. Jirrimarka li l-kisba ta' ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra se tirrikjedi investimenti addizzjonali konsiderevoli fis-sistema tal-enerġija tal-UE u fl-infrastruttura relatata, meta mqabbla mal-linja bażi tal-lum, fil-medda ta' bejn EUR 175 biljun u 290 biljun fis-sena;

11. Jenfasizza li, fid-dawl tal-punti ta' tluq differenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija, l-isforzi biex jitnaqqsu l-gassijiet serra sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika fil-livell tal-UE jistgħu jkunu mifruxa b'mod xejn uniformi fl-UE;

12. Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa mingħajr dewmien; ifakkar fil-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom fi ħdan il-qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija;

13. Iqis li l-iżviluppi u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli sostenibbli u l-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-enerġija se jkollhom rwol fundamentali;

14. Jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ antiċipatorju biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għaċ-ċittadini tal-UE u biex jiġu appoġġjati reġjuni li l-ekonomiji tagħhom jiddependu fuq attivitajiet marbuta ma' setturi jew teknoloġiji li mistennija jonqsu, jew li se jkollhom jinbidlu fil-futur;

15. Jitlob li l-livelli kollha ta' gvern, nazzjonali, reġjonali jew lokali, idaħħlu fis-seħħ miżuri li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija u jistimolaw l-iskambju tal-aħjar prattiki;

Il-politika industrijali

16. Itenni li t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra tippreżenta sfidi u opportunitajiet għall-UE, u li se jkunu meħtieġa investimenti fl-innovazzjoni industrijali, inkluż f'teknoloġiji diġitali u fit-teknoloġija nadifa, biex jixprunaw it-tkabbir u jsaħħu l-kompetittività, jagħtu spinta lill-ħiliet futuri u joħolqu miljuni ta' impjiegi, pereżempju f'ekonomija ċirkolari u f'bijoekonomija dejjem akbar;

17. Jemmen li l-prosperità ekonomika, il-kompetittività industrijali globali u l-politika dwar il-klima jsaħħu lil xulxin;

18. Jissottolinja li qafas ta' politika stabbli u prevedibbli dwar l-enerġija u l-klima huwa essenzjali biex jipprovdi l-fiduċja tant meħtieġa fost l-investituri u biex l-industriji Ewropej ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fit-tul fl-Ewropa, billi t-tul tal-ħajja tal-parti l-kbira tal-installazzjonijiet industrijali jaqbeż l-20 sena;

Riċerka u innovazzjoni

19. Jissottolinja li programmi ta' riċerka u innovazzjoni, sew tal-UE u sew nazzjonali, huma kruċjali biex isostnu lill-Unjoni Ewropea fir-rwol ewlieni tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

20. Jemmen li l-klima għandha tiġi integrata b'mod adegwat fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' riċerka u innovazzjoni;

21. Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Bord ta' Livell Għoli dwar il-Perkorsi ta' Dekarbonizzazzjoni (HLP)[2] dwar ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ilħiq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jagħtu lill-UE vantaġġ kompetittiv fit-tellieqa għad-dekarbonizzazzjoni; jinnota s-sett ta' rakkomandazzjonijiet tematiċi u trasversali prodotti mill-HLP, b'mod partikolari għall-orjentazzjoni tal-Programm Qafas il-ġdid tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2021-2027, Orizzont Ewropa;

22. Iqis li, matul l-għoxrin sena li ġejjin, se jkun jeħtieġ sforz sostanzjali ta' riċerka u innovazzjoni biex soluzzjonijiet dwar livelli baxxi u żero tal-karbonju jsiru disponibbli għal kulħadd u jkunu soċjalment u ekonomikament vijabbli, u biex iwasslu għal soluzzjonijiet ġodda biex tinkiseb ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra;

23. Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li Orizzont Ewropa jrid jikkontribwixxi mill-inqas 35 % tan-nefqa tiegħu f'appoġġ għall-objettivi klimatiċi skont ma jkunu f'lokhom u bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni favur l-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi;

 

°

° °

24. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2018)0430.

[2] "Final Report of the High-Level Panel of the European Decarbonisation Pathways Initiative" (Rapport Finali tal-Bord ta' Livell Għoli tal-Inizjattiva Ewropea dwar il-Perkorsi ta' Dekarbonizzazzjoni), Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Novembru 2018.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Marzu 2019Avviż legali