<Date>{12/03/2019}12.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0211/2019</NoDocSe>
PDF 135kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri fit-72 laqgħa plenarja tad-WHO għal riżoluzzjoni bit-titolu "It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini u teknoloġiji oħra relatati mas-saħħa"</Titre>


<Depute>Piernicola Pedicini</Depute>


B8‑0211/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ tal-UE u tal-Istati Membri fit-72 laqgħa plenarja tad-WHO għal riżoluzzjoni bit-titolu "It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini u teknoloġiji oħra relatati mas-saħħa"

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Marzu 2017 dwar l-għażliet tal-UE biex ittejjeb l-aċċess għall-mediċini[1], il-Parlament jiddikjara li l-iżgurar tal-aċċess tal-pazjenti għal mediċini essenzjali huwa wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-UE u tad-WHO;

B. billi l-aġenda tal-laqgħa plenarja tad-WHO li se ssir f'Ġinevra mill-20 sat-28 ta' Mejju 2019 telenka, fost il-kwistjonijiet ta' prijorità strateġika li għandhom jiġu diskussi, il-punt 11.7 "Nindirizzaw l-iskarsezza globali ta' mediċini u vaċċini, u l-aċċess għalihom"; billi l-Gvern Taljan ressaq riżoluzzjoni komprensiva dwar dan is-suġġett;

C. billi huwa ta' importanza kbira li jiġi indirizzat kif xieraq in-nuqqas globali ta' mediċini u vaċċini, u l-aċċess għalihom;

1. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri kollha jaqblu dwar pożizzjoni komuni li, fit-72 laqgħa plenarja li ġejja, tappoġġja r-riżoluzzjoni bit-titolu "It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini u teknoloġiji oħra relatati mas-saħħa", li tistabbilixxi għadd ta' miżuri mfassla biex jintlaħaq dan l-objettiv.

 

[1] ĠU C 263, 25.7.2018, p. 4.

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' April 2019Avviż legali