<Date>{15/03/2019}15.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0213/2019</NoDocSe>
PDF 131kWORD 47k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-appoġġ għas-settur Taljan tat-tjur</Titre>


<Depute>Mara Bizzotto</Depute>


B8‑0213/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ għas-settur Taljan tat-tjur

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-settur Taljan tat-tjur huwa settur produttiv importanti li jimpjega 64 000 ħaddiem;

B. billi fl-ewwel xhur tal-2019 kien hemm tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet mis-sors ta' ħafna laħam tat-tjur Made in Italy, speċjalment il-prezzijiet tat-tiġieġ li niżlu għal EUR 0,86 għal kull kilo, tnaqqis ta' 22,4 % meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2018;

C. billi din is-sitwazzjoni, li tpoġġi f'diffikultà s-settur Taljan tat-tjur, inħolqot minn distorsjoni tas-suq intern minħabba diversi fatturi, fosthom iż-żieda tal-importazzjonijiet ta' laħam tat-tjur minn xi pajjiżi terzi bi prezzijiet baxxi ħafna;

D. billi, barra minn hekk, it-tikkettar tal-laħam tat-tjur joħloq ċerti diffikultajiet ta' fehim għall-konsumaturi.

1. Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għas-settur Taljan tat-tjur b'miżuri xierqa;

2. Iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li ttejjeb l-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta tal-laħam tat-tjur.

Aġġornata l-aħħar: 29 ta' Marzu 2019Avviż legali