Proċedura : 2018/2994(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0215/2019

Testi mressqa :

B8-0215/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.13

Testi adottati :

P8_TA(2019)0312

<Date>{20/03/2019}20.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0215/2019</NoDocSe>
PDF 140kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża</Titre>

<DocRef>(C(2018)08465 – 2018/2994(DEA))</DocRef>


<Depute>Birgit Sippel</Depute>

<Commission>f'isem {LIBE}il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>


B8‑0215/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

(C(2018)08465 – 2018/2994(DEA))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08465),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 7(2) u 17(5) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Artikolu 1 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi li l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jiġi emendat biex jinkludi azzjoni speċifika relatata mat-"twaqqif, l-iżvilupp u l-operazzjoni, inkluż l-għoti ta' servizzi bħall-identifikazzjoni, [...] ir-reġistrazzjoni u l-ewwel akkoljenza, ta' żoni hotspot";

B. billi r-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi l-inklużjoni ta' kunċett ta' "ċentri kkontrollati" f'dik l-azzjoni speċifika ġdida, u b'hekk jipprevedi finanzjament lill-Istati Membri għall-għoti ta' servizzi f'"ċentri kkontrollati" bħal dawn;

C. billi l-kunċett ta' "ċentri kkontrollati" huwa kunċett kontroversjali b'legalità dubjuża li ma jeżistix fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni u li ma ġiex approvat mill-koleġiżlaturi;

D. billi l-Parlament huwa tal-fehma li kunċett bħal dan m'għandux jiġi ffinanzjat dment li ma jkunx, u sakemm jiġi biex ikun, definit kif xieraq fi strument leġiżlattiv adegwat – adottat mill-koleġiżlaturi – li jipprevedi d-dettalji dwar il-bażi ġuridika, in-natura, l-għan u l-objettiv ta' kunċett bħal dan;

1. Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

[1] ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143.

Aġġornata l-aħħar: 25 ta' Marzu 2019Avviż legali