Proċedura : 2019/2603(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0216/2019

Testi mressqa :

B8-0216/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2019)0313

<Date>{20/03/2019}20.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8‑0216/2019</NoDocSe>
PDF 187kWORD 77k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/2899(RSP)</Titre>

<DocRef>(D060916 – 2019/2603(RSP))</DocRef>


<Commission>{ENVI}Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel</Commission>

Membri responsabbli: <Depute>Bart Staes</Depute>

<Depute>Guillaume Balas, Lynn Boylan, Eleonora Evi, Valentinas Mazuronis, Sirpa Pietikäinen</Depute>


B8‑0216/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2018/2899(RSP)

(D060916 – 2019/2603(RSP))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060916/01),

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

 wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-7 ta' Marzu 2019, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[2],

 wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-20 ta' Ġunju 2018 u ppubblikata fit-2 ta' Awwissu 2018[3],

 wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, COD(2017)0035),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati[4],

 wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, fis-26 ta' Settembru 2014, Monsanto Europe S.A./N.V. ippreżentat applikazzjoni, f'isem il-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (ĠM) MON 87751 ("l-applikazzjoni") lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, u billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jinkludu jew li jikkonsistu mill-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B. billi, fl-20 ta' Ġunju 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta mal-awtorizzazzjoni[5];

C. billi l-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 ġiet żviluppata biex tagħti reżistenza kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani u tesprimi l-proteini Bt Cry1A.105 u Cry2Ab2 għal dan il-għan;

Tossini Bt

D. billi l-istudji juru li t-tossini Bt jista' jkollhom proprjetajiet aġġuvanti li jirrinforzaw il-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti tal-ikel oħra; billi l-fażola tas-sojja nfisha tipproduċi bosta allerġeni tal-pjanti, u hemm riskju speċifiku li l-proteina Bt tista' ssaħħaħ ir-reazzjoni tas-sistema immunitarja għal dawn il-komposti fl-istadju tal-konsum;

E. billi membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) preċedentement iddikjara li filwaqt li qatt ma ġew identifikati effetti mhux intenzjonati fl-ebda applikazzjoni fejn jiġu espressi l-proteini Bt, dawn ma jistgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi attwalment irrakkomandati u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-pjanti ĠM fl-EFSA, minħabba li l-istudji ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan il-għan[6];

F. billi b'rabta mal-awtorizzazzjoni attwali, il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM innifsu jirrikonoxxi li hemm disponibbli biss għarfien limitat u evidenza sperimentali dwar il-potenzjal tal-proteini ġodda espressi biex jaġixxu bħala aġġuvanti[7];

G. billi l-istudji jenfasizzaw il-ħtieġa għal riċerka ulterjuri u għal studji fuq terminu twil dwar il-proprjetajiet aġġuvanti tat-tossini Bt; billi, sakemm għad hemm xi mistoqsijiet relatati mar-rwol tat-tossini Bt u tal-proprjetajiet aġġuvanti tagħhom, il-pjanti ĠM li jinkluduhom ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-importazzjoni għal użu relatat mal-ikel u l-għalf;

Tossiċità u studji alimentari ta' 90 jum

H. billi twettqu żewġ studji tat-tossiċità ta' 28 jum b'doża ripetuta fuq il-ġrieden, wieħed bil-proteina Cry1a.105 u l-ieħor bil-proteina Cry2Ab2;

I. billi dawk l-istudji tat-tossiċità twettqu bil-proteini iżolati, jiġifieri mhux bil-proteini kkombinati, li ġew idderivati mill-batterji u li għalhekk mhumiex identiċi għal dawk prodotti fil-pjanta; billi dan ifisser li l-istudji ma ssimulawx l-esponiment taħt kundizzjonijiet prattiċi;

J. billi ż-żewġ studji tat-tossiċità ma kkonformawx bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-OECD, fis-sens li l-eżaminazzjonijiet tal-koagulazzjoni kienu bbażati fuq għadd relattivament baxx ta' kampjuni, u ma twettqux testijiet tal-batterija ta' osservazzjoni funzjonali u testijiet tal-attività tal-lokomotur; billi huwa essenzjali li dawn it-tip ta' rekwiżiti jiġu ssodisfati kollha fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni;

K. billi fl-istudju alimentari ta' 90 jum ġew identifikati bosta differenzi statistikament sinifikanti bejn il-grupp ta' kontroll u dak ittestjat li, skont kummenti minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kien imisshom ġew eżaminati aktar[8];

L. billi l-istudju alimentari ta' 90 jum fuq il-firien kien jinkludi d-dgħufijiet li ġejjin: l-istudju ma użax żewġ dożaġġi differenti tal-materjal ittestjat, kif meħtieġ mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 503/2013[9], u l-ebda wieħed mill-materjali ttestjati ma ġie analizzat għal kontaminazzjoni possibbli ma' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) oħra;

M. billi, filwaqt li l-EFSA tidentifika l-ħalib tas-sojja bħala l-kontributur prinċipali fid-dieti tal-bniedem bl-ogħla esponiment kroniku[10], fl-istudju alimenarji, bħala materjal ittestjat intużat grixa tal-fażola tas-sojja mixwija u mingħajr xaħam; billi ma tkejlux il-livelli ta' espressjoni tal-proteini Bt fil-grixa tal-fażola tas-sojja, li jfisser li mhuwiex possibbli li l-eżitu tal-istudju jintrabat ma' livelli speċifiċi ta' tossina Bt;

Kummenti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

N. billi l-awtoritajiet tal-Istati Membri ppreżentaw bosta kummenti kritiċi matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur[11], fost l-oħrajn li għadhom mhumiex riżolti ħafna mistoqsijiet rigward is-sikurezza u t-tossiċità possibbli tal-fażola tas-sojja ĠM, li l-effetti kombinatorji taż-żewġ proteini ma ġewx analizzati, li għandha titqies aktar informazzjoni qabel tkun tista' tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju, li l-pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma jissodisfax l-objettivi stipulati fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12] u li dan għandu jiġi emendat qabel jingħata l-kunsens, u li ma hemmx raġuni biex jiġi preżunt li l-konsum ta' proteini Cry huwa sikur u li ma jirrappreżentax periklu għall-bniedem, l-annimali jew l-ambjent;

O. billi l-Unjoni hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, li timponi fuq il-partijiet kontraenti tagħha r-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta' Stati oħrajn[13]; billi d-deċiżjoni dwar jekk tiġix awtorizzata l-fażola tas-sojja ĠM hija fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni;

P. billi, f'konformità ma' talba minn Stat Membru partikolari, fl-applikazzjoni għandha titqies id-data eżistenti dwar l-impatt tal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 fuq pajjiżi produtturi u esportaturi; billi l-istess Stat Membru jirrakkomanda studju biex jiġi vvalutat kif l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti jinfluwenzaw l-għażliet tal-għelejjel fl-Ewropa, u għalhekk il-bijodiversità li tirriżulta minn dawn l-għażliet ta' agrosistema[14];

Q. billi l-awtoritajiet kompetenti ta' bosta Stati Membri kkritikaw in-nuqqas ta' robustezza tal-pjan ta' monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq;

Nuqqas ta' leġittimità demokratika

R. billi l-votazzjoni fis-7 ta' Marzu 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata favur l-awtorizzazzjoni;

S. billi f'diversi okkażjonijiet[15], il-Kummissjoni kkundannat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, hija adottat deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura fl-intier tagħha, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; billi din il-prattika ġiet ikkundannata wkoll mill-President Juncker bħala li mhijiex demokratika[16];

T. billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari[17] l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

U. billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'tali mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tfeġġ fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

V. billi r-Regolament (UE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li matul l-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tqis kull dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata;

1. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1829/2003;

2. Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18], huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4. Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5. Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhijiex adegwata;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu fl-ikel u l-għalf;

7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

[1] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

[2] ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[3] il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2018. Opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 għal użu ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2014–121). Il-Ġurnal tal-EFSA 2018; 16(8):5346, 32 pp. doi: 10.2903/j.efsa.2018.5346.

[4] – Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

– Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn, qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

– Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

– Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

– Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

– Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

– Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

– Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

– Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

– Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

– Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

– Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

– Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

– Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

– Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

– Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

– Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

- Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat,(Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

- Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

- Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

- Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

- – Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

– Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2017)0058).

– Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0059).

– Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2017)0060).

- Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2016)0196)).

- Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0197).

- Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA-(2019)0198).

 

[7] Ir-rispons tal-EFSA għall-kummenti mill-Istati Membri, p. 109, l-Anness G: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2014-00719

[9] Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

[12] Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

[13] Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, 1992, l-Artikolu 3, https://www.cbd.int/convention/articles/default.shtml?a=cbd-03

[15] Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel jew għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom, u fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

[16] Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni Inawgurali tas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

[17] ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

[18] Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Marzu 2019Avviż legali