<Date>{21/03/2019}21.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0220/2019</NoDocSe>
PDF 133kWORD 48k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre> dwar l-impjiegi u l-preferenza Ewropea fl-akkwist pubbliku </Titre>


<Depute> Dominique Martin </Depute>


B8-0220/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-impjiegi u l-preferenza Ewropea fl-akkwist pubbliku

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fornitur Asjatiku (mill-Korea t'Isfel) ingħata kuntratt pubbliku għat-trammijiet f'Varsavja, il-Polonja, fit-8 ta' Frar 2019[1];

B. billi madankollu x-xiri ta' dawn it-trammijiet ser ikun parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, jiġifieri primarjament mit-taxxi tal-kontribwenti Ġermaniżi, Franċiżi u Taljani, li ġejjin minn Stati Membri kontributuri netti għall-baġit Ewropew;

C. billi dan ifisser telf ta' impjiegi għall-operaturi industrijali Ewropej bħal Alstom u billi l-Unjoni Ewropea tgħodd 17-il miljun persuna qiegħda;

1. Jitlob li t-Trattati jiġu nnegozjati mill-ġdid sabiex il-preferenza Ewropea ssir obbligatorja fl-akkwist pubbliku li jsir fi ħdan l-Unjoni Ewropea, dment li l-produzzjoni tkun possibbli fl-Ewropa u li ma jkunx intlaħaq il-livell massimu ta' impjiegi.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' April 2019Avviż legali