Proċedura : 2019/2670(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0223/2019

Testi mressqa :

B8-0223/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.11
CRE 28/03/2019 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


<Date>{25/03/2019}25.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0223/2019</NoDocSe>
PDF 149kWORD 45k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-iżviluppi riċenti rigward l-iskandlu "Dieselgate"</Titre>

<DocRef>(2019/2670(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Daniel Dalton, Bolesław G. Piecha, Zdzisław Krasnodębski </Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-0223/2019

B8-0223/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi riċenti rigward l-iskandlu "Dieselgate"

(2019/2670(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE[1],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2018 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura[2],

 wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fit-28 ta' Ottubru 2015 mill-Kumitat Tekniku għall-Vetturi bil-Mutur (TCMV) stabbilit mill-Artikolu 40(1) tad-Direttiva 2007/46/KE,

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/427 tal-10 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6)[3],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 6)[4],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008[5],

 wara li kkunsidra r-Regolament (KE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004[6],

 wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Kejl tal-Emissjonijiet fis-Settur Awtomobilistiku tat-2 ta' Marzu 2017,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku[7],

 wara li kkunsidra d-dokument informattiv u analitiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-7 ta' Frar 2019 dwar ir-rispons tal-UE għall-iskandlu "Dieselgate",

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1. Jemmen li r-Regolament (UE) 2018/858 jikkostitwixxi titjib sinifikanti fil-qafas leġiżlattiv li fih seħħ l-iskandlu "Dieselgate", u li bis-saħħa tiegħu l-vetturi saru aktar nodfa u aktar ekoloġiċi, u nissel mill-ġdid il-fiduċja tal-konsumatur;

2. Jinnota li r-Regolament (UE 2018/858, ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 u leġiżlazzjoni relatata oħra jintroduċu metodi ta' ttestjar aktar robusti u realistiċi għall-kejl tas-sustanzi niġġiesa, bħall-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) u tas-CO2; jiżguraw kwalità u indipendenza akbar tal-ittestjar tal-vetturi; u jippermettu sorveljanza mtejba tal-karozzi li diġà jinsabu fiċ-ċirkolazzjoni;

3. Jirrikonoxxi, madankollu, li r-regoli l-ġodda skont ir-Regolament (UE) 2018/858 jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2020, u li għaldaqstant ħafna mit-titjib fil-kwalità, l-indipendenza u s-sorveljanza tal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi u tal-awtoritajiet ta' ttestjar tal-vetturi għadu ma daħalx fis-seħħ;

4. Ifakkar li fit-28 ta' Ottubru 2015, l-Istati Membri qablu li l-kejl tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali tal-NOx ikun obbligatorju għal mudelli ta' karozzi ġodda minn Settembru 2017, u għall-vetturi ġodda kollha minn Settembru 2019;

5. Ifakkar li fl-1 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni introduċiet ukoll proċedura ta' ttestjar fil-laboratorji aktar stretta u aktar realistika, il-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP), żviluppata flimkien mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (UNECE), għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-karozzi u l-vannijiet, li saret obbligatorja għall-mudelli tal-karozzi ġodda kollha minn Settembru 2017, u għall-karozzi ġodda kollha minn Settembru 2018;

6. Josserva li r-reġim regolatorju tal-UE huwa l-ewwel wieħed fid-dinja li introduċa ż-żewġ testijiet komplementari msemmija hawn fuq, li jiżguraw li l-karozzi mibjugħa fl-UE jipproduċu emissjonijiet baxxi kemm fil-laboratorju kif ukoll fit-triq u li jiġġieldu kontra l-imġiba frodulenti fit-testijiet tal-emissjonijiet tal-vetturi fit-triq;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tal-NOx mill-karozzi fl-UE billi teżamina mill-ġdid il-fattur ta' konformità, kif previst mit-tieni pakkett ta' komitoloġija dwar l-Emissjonijiet f'Sewqan Reali, fuq bażi annwali u skont l-iżviluppi teknoloġiċi, bil-ħsieb li dan jitnaqqas għal 1 mill-aktar fis possibbli;

8. Jinnota, madankollu, li l-iffissar ta' limiti dejjem aktar ristretti fuq il-preżenza ta' sustanzi niġġiesa perikolużi fl-arja mhuwiex metodu effikaċi biex tittejjeb il-kwalità tal-arja, kif intwera mill-għadd għoli ta' kawżi ta' ksur li tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; jinnota li politika effikaċi trid tinkludi l-implimentazzjoni ta' pjanijiet fit-tul u integrati għat-titjib tal-kwalità tal-arja sostnuti minn riżorsi finanzjarji adegwati;

9. Josserva bi tħassib li xi Stati Membri, jew l-awtoritajiet lokali tagħhom, introduċew miżuri sproporzjonati, bħal restrizzjonijiet fuq vetturi aktar qodma li jaħdmu bid-diżil, li rriżultaw f'diffikultajiet fil-ħajja ta' kuljum għas-sidien ta' tali vetturi, telf fil-valur ta' dawk il-vetturi u użu sinifikanti ta' vetturi eqdem u li jniġġsu ħafna f'pajjiżi b'livell baxx ta' introjtu;

10. Jisħaq fuq il-punt li sabiex jittejbu l-kwalità tal-arja u s-saħħa pubblika, jitħares l-ambjent tagħna u tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE f'dinja globalizzata, jeħtieġ issir bidla lejn mobilità aktar nadifa u aktar effiċjenti b'konsultazzjoni mas-settur awtomobilistiku;

11. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem flimkien mal-Istati Membri u ma' partijiet ikkonċernati oħra biex jottimizzaw ir-regolamenti dwar l-emissjonijiet għall-vetturi fil-futur u biex iħaffu t-tranżizzjoni lejn mobilità aktar nadifa u sostenibbli;

12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

[1] ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

[2] ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.

[3] ĠU L 82, 31.3.2016, p. 1.

[4] ĠU L 109, 26.4.2016, p. 1.

[5] ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1.

[6] ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1.

[7] ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali