Proċedura : 2019/2628(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0225/2019

Testi mressqa :

B8-0225/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0327

<Date>{25/03/2019}25.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0225/2019</NoDocSe>
PDF 151kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela</Titre>

<DocRef>(2019/2628(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Esteban González Pons, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Luis de Grandes Pascual, Cristian Dan Preda, David McAllister, Sandra Kalniete, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Paulo Rangel, Nuno Melo, Gabriel Mato, José Inácio Faria, Antonio López-Istúriz White, Francisco José Millán Mon, Cláudia Monteiro de Aguiar, Laima Liucija Andrikienė, Lorenzo Cesa, Ivan Štefanec, Eduard Kukan, Tunne Kelam, Manolis Kefalogiannis, Julia Pitera, Fernando Ruas</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-0225/2019

B8-0225/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela

(2019/2628(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Venezwela[1], tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tagħha[2] u tal-25 ta' Ottubru 2018[3] u l-31 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela[4], fejn din tal-aħħar tirrikonoxxi lis-Sur Guaidó bħala l-president interim leġittimu tal-Venezwela,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Union għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) dwar il-Venezwela tal-10 ta' Jannar 2019, is-26 ta' Jannar 2019 u l-24 ta' Frar 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-istati membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) dwar il-Venezwela tal-24 ta' Jannar 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Lima tal-25 ta' Frar 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-Venezwela tal-25 ta' Jannar 2019 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikolu 233 tagħha,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi politika, ekonomika, istituzzjonali, soċjali u umanitarja multidimensjonali profonda u bla preċedent, nuqqas ta' mediċini u ikel, sitwazzjoni ta' ksur estensiv tad-drittijiet tal-bniedem, l-iperinflazzjoni, l-oppressjoni politika, il-korruzzjoni u l-vjolenza; billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien iddeterjoraw b'mod serju u 87 % tal-popolazzjoni issa qed jgħixu fil-faqar; billi 78 % tat-tfal fil-Venezwela jinsabu f'riskju ta' malnutrizzjoni; billi 31 minn kull 1 000 tifel u tifla jmutu qabel l'età ta' 5 snin;

B. billi fit-23 ta' Frar 2019 l-għajnuna umanitarja li kienet maħżuna fil-Kolombja u l-Brażil ġiet irrifjutata bis-saħħa u f'xi każijiet inqerdet mir-reġim de facto ta' Maduro bl-użu ta' forzi militari u paramilitari; billi r-repressjoni rriżultat fil-qtil ta' bosta persuni, it-tidrib ta' għexieren ta' nies u mijiet arrestati; billi l-operazzjonijiet militari fil-Venezwela joħolqu riskju għall-istabbiltà tar-reġjun, u b'mod partikolari għat-territorju tal-Kolombja fil-viċinanza;

C. billi l-qtugħ fil-provvista tal-elettriku estensiv ħalla lill-pajjiż mingħajr elettriku għal iktar minn 100 siegħa, u b'hekk aggrava l-kriżi tal-kura tas-saħħa li diġà kienet fi stat ħażin, li rriżulta f'sitwazzjoni fejn l-isptarijiet ma kellhomx ilma tax-xorb, is-servizzi tagħhom ikkrollaw u kienu vittmi tas-sakkeġġ; billi, skont l-organizzazzjoni Doctors for Health, tal-inqas 26 persuna mietu fi sptarijiet minħabba nuqqas ta' elettriku;

D. billi l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku ilu jseħħ għal bosta snin u huwa konsegwenza diretta ta' ġestjoni ħażina, nuqqas ta' manutenzjoni, u korruzzjoni mir-reġim ta' Nicolás Maduro;

E. billi fi Frar 2019 delegazzjoni ta' erba' Membri tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) mistiedna uffiċjalment mill-Assemblea Nazzjonali u l-president interim Juan Guaidó, tkeċċiet mill-pajjiż;

F. billi fis-6 ta' Marzu 2019 il-Gvern Venezwelan ordna lill-Ambaxxatur Ġermaniż jitlaq il-pajjiż, wara li kien akkużat b'atti rikorrenti ta' interferenza fl-affarijiet interni; billi xi ġurnalisti barranin u lokali ġew arrestati wkoll, it-tagħmir tal-midja tagħhom ġie konfiskat, u, wara li nħelsu, tkeċċew;

G. billi Juan Guaidó ħatar lil Ricardo Hausmann bħala r-rappreżentant tal-pajjiż fil-Bank Interamerikan tal-Iżvilupp (IDB) u l-Korporazzjoni Interamerikana tal-Investiment (IIC);

1. Jikkonferma r-rikonoxximent ta' Juan Guaidó min-naħa tiegħu bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali tiegħu, partikolarment fuq it-twaqqif tal-użurpazzjoni, l-istabbiliment ta' gvern tranżitorju nazzjonali u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma rrikonoxxewhx biex jagħmlu dan b'urġenza;

2. Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza gravi, li qed tagħmel ħsara kbira lil ħajjet il-Venezwelani;

3. Itenni t-talba tiegħu għar-rikonoxximent sħiħ bħala ambaxxaturi tar-rappreżentanti diplomatiċi maħtura mill-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, Juan Guaidó, għall-UE u l-Istati Membri tagħha;

4. Jikkundanna r-repressjoni u l-vjolenza ħorox, li wasslu biex persuni nqatlu u ndarbu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tal-Venezwela u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom;

5. Jikkundanna l-abbuż tal-infurzar tal-liġi u r-repressjoni brutali minn korpi ta' sigurtà, li llimitaw id-dħul ta' għajnuna umanitarja; jikkundanna l-użu ta' gruppi armati irregolari biex jattakkaw u jintimidaw liċ-ċittadini u l-leġiżlaturi li mmobilizzaw ruħhom biex iqassmu l-assistenza;

6. Jikkundanna bil-qawwa l-fastidju, id-detenzjoni u t-tkeċċija ta' diversi ġurnalisti li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela;

7. Itenni li l-unika soluzzjoni għall-pajjiż hija l-elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli msejsa fuq kalendarju fiss, kundizzjonijiet ġusti għall-atturi kollha, it-trasparenza u l-preżenza ta' osservaturi internazzjonali kredibbli;

8. Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima bħala mekkaniżmu reġjonali li jfittex soluzzjoni demokratika għall-kriżi taħt it-tmexxija ta' Juan Guaidó bħala president interim leġittimu tal-Venezwela;

9. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-kriżi migratorja akbar madwar ir-reġjun kollu u jfaħħar l-isforzi u s-solidarjetà li wrew il-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari l-Kolombja; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera ma' dawn il-pajjiżi, mhux biss billi tipprovdi għajnuna umanitarja iżda wkoll billi tipprovdi aktar riżorsi u permezz tal-politika tal-iżvilupp;

10. Jitlob sanzjonijiet addizzjonali mmirati lejn l-assi tal-awtoritajiet statali illegittimi barra mill-pajjiż u dawk l-individwi responsabbli mill-ksur u r-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-awtoritajiet tal-UE konsegwentement iridu jillimitaw il-movimenti ta' dawn l-individwi, kif ukoll tal-eqreb qraba tagħhom, u jiffriżaw l-assi u l-viżi tagħhom;

11. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' kwalunkwe riżultat tanġibbli tal-grupp ta' kuntatt s'issa; ifakkar li l-uniku skop tiegħu għandu jkun li joħloq il-kundizzjonijiet neċessarji għall-elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr;

12. Jistieden lill-Istati Membri, lill-VP/RGħ u lill-pajjiżi tar-reġjun jesploraw il-possibilità li jistabbilixxu konferenza internazzjonali tad-donaturi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju wiesa' għar-rikostruzzjoni u t-tranżizzjoni għad-demokrazija;

13. Jiddenunzja l-influwenza tar-reġim Kuban fil-Venezwela, li, bl-użu tal-aġenti tiegħu, ikkontribwixxa għad-destabbilizzazzjoni tad-demokrazija u għal żieda fir-repressjoni politika kontra l-oppożizzjoni; jitlob retribuzzjoni biex jiġi kkunsidrat dan l-intervent fil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba;

14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-president finterim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

 

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2018)0199.

[2] Testi adottati, P8_TA(2018)0313.

[3] Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

[4] Testi adottati, P8_TA(2019)0061.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Marzu 2019Avviż legali