Proċedura : 2019/2628(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0227/2019

Testi mressqa :

B8-0227/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/03/2019 - 8.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0327

<Date>{25/03/2019}25.3.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0227/2019</NoDocSe>
PDF 151kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreSuite>imressqa wara d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà</TitreSuite>

<TitreRecueil>skont l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela</Titre>

<DocRef>(2019/2628(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By>Charles Tannock, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Karol Karski, Tomasz Piotr Poręba, Hans-Olaf Henkel, Bernd Kölmel, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská, Zdzisław Krasnodębski, Ruža Tomašić, Jan Zahradil, Monica Macovei, Raffaele Fitto, Anna Elżbieta Fotyga </Depute>

<Commission><OptDel>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</OptDel></Commission>

<<<</RepeatBlock-By>

Ara wkoll il-mozzjoni għal riżoluzzjoni komuni RC-B8-0225/2019

B8-0227/2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela

(2019/2628(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet fil-Venezwela[1], tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u mal-Brażil[2], tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela[3], u tal-31 ta' Jannar 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela[4],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Frar 2019 mir-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar l-aħħar avvenimenti fil-Venezwela,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Jannar 2019 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP / RGħ) f'isem l-Unjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Jannar 2019 tal-VP / RGħ f'isem l-UE dwar il-mandat il-ġdid tal-President Maduro,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi, bħala riżultat ta' kriżi politika, il-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi multidimensjonali bla preċedent li qed tħalli impatt fuq għadd dejjem akbar ta' Venezwelani;

B. billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, aktar minn tliet miljun Venezwelan ħarbu minn pajjiżhom mill-2014 'l hawn; billi l-eżodu ta' persuni mill-Venezwela ġie kkawżat l-aktar minn kriżi umanitarja, imma ħafna Venezwelani ħarbu wkoll minħabba repressjoni mill-gvern li wasslet għal eluf ta' arresti arbitrarji, il-prosekuzzjoni ta' mijiet ta' ċittadini minn qrati militari, u tortura u abbużi oħra fuq dawk detenuti;

C. billi l-Venezwelani qed iħabbtu wiċċhom ma' nuqqasijiet gravi ta' mediċini, ta' provvisti mediċi u ikel, li jimminaw serjament id-drittijiet tagħhom għas-saħħa u l-ikel u li jwasslu għal livelli ogħla ta' mortalità materna u infantili, għal żidiet qawwija f'mard infettiv u livelli għoljin ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u ta' malnutrizzjoni tat-tfal;

D. billi r-rifjut tar-reġim li jirrikonoxxi l-emerġenza umanitarja internazzjonali wasslet biex ix-xahar li għadda tiżdied sew it-tensjoni; billi jeżistu rapporti inkwetanti ta' diżordni, ta' atti ta' vjolenza u ta' għadd dejjem akbar ta' vittmi, partikolarment fiż-żoni tal-fruntiera;

E. billi qtugħ tal-elettriku mal-pajjiż kollu fil-bidu ta' Marzu kkontribwixxa għal deterjorament ulterjuri tas-servizz tas-saħħa u tal-provvista ta' ikel u ta' ilma nadif;

F. billi fil-21 ta' Marzu 2019 aġenti tal-intelligence mgħammda arrestaw lil Roberto Marrero, assistent ewlieni u kap tal-persunal tal-president interim tal-Venezwela, Juan Guaidó; billi Marrero huwa akkużat li qed jippjana "atti ta' sabotaġġ" kontra uffiċjali u qed jiġi akkużat b'terroriżmu;

G. billi ġie rrappurtat li Billy Six, ġurnalist Ġermaniż, kien arrestat f'nofs Novembru 2018 u miżmum f'ħabs militari fuq akkużi ta' spjunaġġ, ribelljoni u ksur taż-żoni ta' sigurtà; billi dan inħeles taħt ċerta kundizzjonijiet fil-15 ta' Marzu 2019 u tħalla jitlaq il-pajjiż; billi mill-inqas 19-il ġurnalist ġew arrestati fl-2019 biss; billi ġie rappurtat fil-15 ta' Marzu 2019 li Tomasz Surdel, il-korrispondent Venezwelan għall-gazzetta Pollakka Gazeta Wyborcza, kien ġie attakkat b'mod vjolenti, allegatament mill-Forzi ta' Azzjoni Speċjali tal-Pulizija Nazzjonali Venezwelana, waqt li kien qed isuq il-karozza tiegħu f'Caracas;

H. billi fis-6 ta' Marzu 2019 il-Gvern Venezwelan ordna lill-Ambaxxatur Ġermaniż jitlaq il-pajjiż, wara li kien akkużat "b'atti rikorrenti ta' interferenza fl-affarijiet interni";

I. billi s-sħab internazzjonali u reġjonali, fosthom l-UE, impenjaw ruħhom li jassistu fil-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal proċess politiku paċifiku, kredibbli u inklużiv fost l-atturi Venezwelani kollha rilevanti;

J. billi l-UE ripetutament appellat biex il-Venezwela terġa' lura lejn id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz ta' proċess politiku kredibbli;

K. billi fit-23 ta' Marzu 2019, żewġ ajruplani militari Russi niżlu fl-ajruport ewlieni tal-Venezwela, b'rapporti li dawn ħallew għexieren ta' truppi u ammonti kbar ta' tagħmir;

1. Jinsab ferm imħasseb dwar id-deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni fil-Venezwela; jesprimi għal darb' oħra s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Venezwela;

2. Itenni r-rikonoxximent tiegħu ta' Juan Guaidó bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali tiegħu; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Assemblea Nazzjonali, li hija l-uniku korp demokratiku leġittimu tal-Venezwela, u li l-poteri tagħha jeħtieġ li jitreġġgħulha u jiġu rispettati;

3. Iħeġġeġ bil-qawwa l-korpi ta' infurzar tal-liġi u tas-sigurtà biex ikunu moderati, jevitaw l-użu tal-forza u jippermettu d-dħul tal-għajnuna umanitarja; jikkundanna l-użu ta' gruppi armati irregolari biex jintimidaw liċ-ċittadini u l-leġiżlaturi li mmobilizzaw ruħhom biex iqassmu l-assistenza;

4. Jilqa' l-fatt li l-UE diġà impenjat aktar minn EUR 60 miljun f'għajnuna umanitarja u ta' żvilupp f'din l-aħħar sena, u jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu dan l-impenn fiż-żmien li ġej;

5. Jikkundanna l-arrest ta' Roberto Marrero u jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu;

6. Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien tal-ġurnalist Ġermaniż Billy Six; jikkundanna d-detenzjoni ta' bosta ġurnalisti oħra li jkopru s-sitwazzjoni fil-Venezwela u jitlob li jinħelsu immedjatament; jikkundanna l-attakk vjolenti fuq il-ġurnalist Pollakk Tomasz Surdel u jitlob lill-awtoritajiet Venezwelani sabiex immedjatament jordnaw investigazzjoni fl-attakk immirat u jidentifikaw dawk responsabbli;

7. Jikkundanna t-tkeċċija tal-Ambaxxatur Ġermaniż mill-Venezwela;

8. Itenni t-talba tiegħu għal elezzjonijiet presidenzjali liberi, trasparenti u kredibbli bbażati fuq kalendarju maqbul, kundizzjonijiet ugwali għall-atturi kollha, trasparenza u osservazzjoni internazzjonali;

9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President Interim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

 

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2018)0199.

[2] Testi adottati, P8_TA(2018)0313.

[3] Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

[4] Testi adottati, P8_TA(2019)0061.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Marzu 2019Avviż legali