<Date>{02/04/2019}2.4.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0236/2019</NoDocSe>
PDF 136kWORD 48k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-identità diġitali universali: dritt fundamentali għaċ-ċittadini Ewropej kollha</Titre>


<Depute>Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Laura Agea, Isabella Adinolfi, Tiziana Beghin, Ignazio Corrao, Rosa D’Amato, Eleonora Evi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Zullo</Depute>


B8-0236/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-identità diġitali universali: dritt fundamentali għaċ-ċittadini Ewropej kollha

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi firxa ta' drittijiet li huma rikonoxxuti mid-dritt tal-UE huma maħsuba biex jiġu rispettati fuq l-internet, b'mod speċifiku l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

B. billi dawn id-drittijiet, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza, id-dritt li wieħed jintesa u d-dritt ta' aċċess għall-internet, huma kollha intrinsikament marbuta mal-kunċett ta' identità diġitali;

C. billi, ladarba jiġi rikonoxxut, id-dritt għall-identità diġitali jsir dritt inaljenabbli għall-individwu u l-Unjoni timpenja ruħha li tiggarantih, irrispettivament mir-rabtiet li l-parti interessata jaf ikollha mal-ordinament ġuridiku tal-pajjiż ta' oriġini tagħha;

1. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi att leġiżlattiv li jirrikonoxxi d-dritt għall-identità diġitali u tispeċifika l-kontenut, il-limiti u s-salvagwardji tiegħu, kif ukoll il-mod li bih jinteraġixxi ma' drittijiet fundamentali oħrajn; jenfasizza li d-dritt għall-identità diġitali jrid jiġi rikonoxxut bħala dritt fundamentali għall-persuni kollha u, bħala tali, irid jiġi protett mid-dritt tal-UE u jrid jingħata lil kull min ikun kiseb iċ-ċittadinanza tal-UE;

2. Iħeġġeġ biex dan id-dritt, li huwa rikonoxxut bħala fundamentali mill-Unjoni Ewropea, jinżamm u jiġi salvagwardat fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-ftehim finali possibbli dwaru.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' April 2019Avviż legali