Proċedura : 2019/2651(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0239/2019

Testi mressqa :

B8-0239/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.7

Testi adottati :


<Date>{09/04/2019}9.4.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0239/2019</NoDocSe>
PDF 139kWORD 67k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskjerament u l-użu operattiv ta' sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi</Titre>

<DocRef>(2019/2651(DEA))</DocRef>


<Commission>{TRAN}Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu</Commission>

<OptDel><Depute> Dominique Riquet </Depute></OptDel>

B8-0239/2019


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskjerament u l-użu operattiv ta' sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi

(2019/2651(DEA))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)1789),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) tagħha,

 wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-istrateġija Ewropea tas-Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti (C-ITS)[2] identifikat riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern fil-qasam tas-C-ITS u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għas-servizzi tas-C-ITS sabiex jiġi żgurat l-iskjerament ikkoordinat u koerenti tagħhom;

B. billi l-Kummissjoni għamlet użu mis-setgħat mogħtija lilha taħt id-Direttiva 2010/40/UE biex tadotta att delegat sabiex tiżgura l-kompatibbiltà, l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi tas-C-ITS fl-iskjerament u fl-użu operattiv tas-servizzi tas-C-ITS fl-Unjoni kollha abbażi ta' komunikazzjoni affidabbli u sikura;

C. billi skont il-Kummissjoni, hija qed tfittex li tippromwovi l-użu ta' "approċċ ta' komunikazzjoni ibrida" li jgħaqqad żewġ tipi ta' teknoloġiji: teknoloġiji ta' komunikazzjoni fuq medda qasira u teknoloġiji ta' komunikazzjoni fuq medda itwal; billi l-ITS-G5 intgħażel bħala r-referenza ewlenija għall-iskjerament tas-C-ITS fil-komunikazzjoni fuq medda qasira;

D. billi approċċ verament newtrali fir-rigward tat-teknoloġija jqis l-iskjeramenti kollha eżistenti li jużaw netwerks ċellulari u joffri interoperabbiltà reċiproka fil-livell tas-servizz, u b'hekk jippermetti l-introduzzjoni tat-teknoloġiji l-ġodda kollha flimkien mal-ITS-G5;

E. billi l-Kummissjoni, permezz tar-rekwiżit tar-retrokompatibbiltà ma' ITS-G5, qed tistabbilixxi limiti għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport tas-C-ITS madwar l-Ewropa;

F. billi r-Regolament Delegat ġie trażmess b'mod formali ftit jiem biss qabel il-bidu tal-perjodu tal-vaganzi u l-Parlament għandu inqas minn xahrejn ta' skrutinju biex jeżamina l-att;

1. Joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament Delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 

[1]  ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

[2]  Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016)0766),

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2019Avviż legali