<Date>{06/05/2019}6.5.2019</Date>
<NoDocSe>B8-0265/2019</NoDocSe>
PDF 133kWORD 48k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Titre>dwar l-introduzzjoni tat-tagħlim tal-logħba tad-damma fl-iskola</Titre>


<Depute>Stefano Maullu</Depute>


B8-0265/2019

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-introduzzjoni tat-tagħlim tal-logħba tad-damma fl-iskola

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-mistoqsija E-000860/2018,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-logħba tad-damma hija logħba aċċessibbli għat-tfal minn kull grupp soċjali u tista' tgħin għall-koeżjoni soċjali u tikkontribwixxi biex jintlaħqu objettivi strateġiċi bħalma huma l-integrazzjoni soċjali, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, it-tnaqqis tar-rati tal-kriminalità u anke l-ġlieda kontra bosta vizzji;

B. billi l-Kummissjoni Ewropea diġà rrikonoxxiet il-potenzjal tal-logħba tad-damma fl-edukazzjoni, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp tal-konċentrazzjoni, il-paċenzja u l-perseveranza, il-kreattività, l-intuwizzjoni u l-memorja fit-tfal, u billi proġetti transnazzjonali li jinvolvu l-logħba tad-damma minn perspettiva edukattiva jew sportiva huma eliġibbli għall-finanzjament taħt il-programm Erasmus+;

1. jitlob li l-programm "Dama a scuola" (Il-logħba tad-damma fl-iskola) jiddaħħal fis-sistemi tat-tagħlim tal-Istati Membri;

2. jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-kommunikazzjoni tagħha li ġejja rigward l-isport, tagħti l-attenzjoni neċessarja lill-programm "Dama a scuola" u tiżgura finanzjament suffiċjenti mill-2020 'il quddiem;

3. jistieden lill-Kummissjoni biex tqis ir-riżultati ta' kwalunkwe studju dwar l-effetti ta' dan il-programm fuq l-iżvilupp tat-tfal.

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Ġunju 2019Avviż legali